L-AHHAR TISLIMA LILL FRANS BALDACCHINO 'IL-BUDAJ'

 

Frans Baldacchino, maghhruf bhala Frans'il-Budaj', kien artist ta certu profondita u intelletwalita li huma difficli biex jitkejlu, ghax jimpressjonak kemm jimpressjonak, dejjem kont thoss li ghad baqa izjed x'tiskopri fuqu u fuq it-talent tieghu.
Meta tqiss il-livelli li lahaq u fejn irraprezenta il-muzika Folkloristika Maltija ta' l-Ghana , sew f'Malta u anki barra minn pajjizu, ikollok taccetta li il-Budaj kien artist fil veru sens tal kelma. Kien artist li kellu l-hila li barra milli jgholli il-lingwa u il-muzika Maltija quddiem il-barrani, kellu wkoll id-don u is-sena li jikommunika u li jilhaq kull tip ta' udjenza, sahansitra anki dawk li ma jifmux il-lingwa Maltija.

Fil-Kuncerti tieghu f'Parigi mnidija mill Alliance Francaise De Malte Frans wera li huwa artist li b'hila kbira li kien jittranxendi il-message tieghu minghajr il-bzonn li l-udjenza tifhem il-kliem . Fis CD li gie ippublikat mill Alliance Francaise Frans jghanni il-fatt klassiku 'L-Gharusa tal Mosta' fejn l-emozzjoni u il-melodija tal Ghana tal fatt kantahom b'certu dieqa u spiritwalita li qanqlet lil udjenza u dahhlitha fis-sbuhija tal melodiija tal minore li hemm 'l-Ghana tal fatt'. L-Applaws li jinstema fl-ahhar tarr-rikodring huwa xhieda ta dan.

F-okkazzjonijiet fejn akkumpanjajt lil Frans fuq il-kitarra fejn hafna darbi ma kienux postijiet fejn isir l-ghana normalment u drabi ohra fejn l-ghana Malti kien qieghed jistema ghal ewwel darba, urewni il-kwalita u it-talent li Frans kien jippossidi. Il-Budaj kien jaf jahdem quddiem kull xorta ta udjenza, sew jekk kien jghanni 'spirtu pront' f'xi serata ma shabu l-ghannejja kif ukoll jekk kien fil Palazz tal Prezident jew fis-Sala tal universita. Imma il-Budaj ma kienx interessat biss li jghanni l-ghana li tant kien ihobb u jiddefendi, imma wkoll li jwassal il-messagg tal muzika tradizzjonali Maltija u li jikkumbatti l-istigma li kienet u ghada marbuta ma dan il-generu ta muzika tradizzjonali Maltija.

Frans Baldacchino kien Ghannej, kien awtur, kien japprezza il-muzika klassika u religjuza, kien jinhal wara il-hoss tal kitarra. France kien poeta ta klassi waqt li kien ukoll pittur. Il-Budaj kien skultur u dejjem habb l-arti u kien jaf japprezza is-sbuhija u t-talenti li kien jara f'artisti ohra.
Frans kien ta fehma soda u darba kien jemmen f'xi haga jew f'persuna ma kienx wiehed li jdur mar-rih u kien lest jiddefendi dak li kien jemmen fih jew lil dawk li kien jemmen fihom b'ditereminazzjoni kbira. Infatti Frans kien bniedem li darba jaccettak bhala habib kont taf li ghandek habib ghal hajtek. U jekk imbghad tkun gej inti wkoll minn qasam artistiku fejn tkun tista taqsmu flimkien l-avventura tal-kreativita artistika, allura tkun skoprejt lil Frans fl-aqwa tieghu.

U hekk gara bejni u Frans. Ma tul l-ahhar ghoxrin sena ipprudecejt bosta bcejjec ta muzika (daqq lest/backing tracks) li Frans kanta u ghanna fuqhom f'diversi okazzjonijiet. Forsi wiehed jimmagina li kienet ser tkun haga difficli wisq biex nahdmu flimkien imhabba id-distanza li tezizti bejn Malta u l-Awstralja, imma Frans ma kienx wiehed li jibza mill-problema u kien jippreferi ifittex is-soluzzjoni. B'hekk zviluppajna sistema kif stajna nahdmu flimkien.
F'qasir zmien Frans beda juza dan l-akkumpanjamenti li bdejt nibghatlu li hafna drabi kienu ta tip ta kitarri u strumenti eletronici fejn stajna nipproducu u 'nfassallu arrangamenti li hu stess kien jissugerili li jixtieq.

Ta minn jghid hawn li bosta drabi kienu jigu idejat f'mohhi fejn kont niggudika li it-tip ta arrangement kien xi haga li kienet ghaddata ghal Frans, fejn kont nibghathomlu u hu kien jikteb il-lirika u johodhom fi studju f'Malta biex ihallat il-muzika tieghi mal vuci tieghu. Xi drabi ohra kien juzahom meta kien ikollu xi okkazzjoni bhal nghidu ahna meta ix-Xandir kien ghalaq hamsin sena, fejn huwa kien ghanna poezija fuq il-kaxxa tar-Rediffusion biz-zewg swiccijiet li kienu jaqilbu l-istazzjonijiet mill Malti ghal BBC.

Wara snin ta dan it-tip ta ftehim u arragamenti kien wasal iz-zmien li naghmlu l-ewwel album flimkien b'gabra ta ghanjiet u kanzunetti li fassalna f'medja ta tlett xhur. Ghal darb'ohra il-hoss kien mahdum bil kitarri u strumenti tal eletriku imma fuq arrangementi tal Ghana tradizzjonali Maltija inkluz id-daqq tal prejjem li ukoll kellu jirrifletti id-daqq Malti. Ir-irizultat kien l-album li Frans stess semmiegh 'Tila'. Frans qalli li dan kien xoghol fejn bdejna b'tila bajda li fuqa kellna npittru l-idejat taghna sakemm niffurmaw gabra ta ghanjiet u kanzunetti, fejn hu kiteb il-lirika u kantahom u jien hloqt l-arrangamenti tal muzika u b'hekk hloqna pittura muzikali.

L-album 'Tila' hareg is-sena l-ohra u imbiegh tajjeb fl-Awstralja u ma dwar id-dinja fejn jghixu il-Maltin, waqt li Frans kien bih xi kopji f'Malta. Imma din kella tkun l-ahhar tila li kellu jpitter Frans fl-assocjazzjoni muzikali taghna li kella tintemm waqt li jien kont Malta, fejn stajt nibqa mmur narah l-isptar sa l-ahhar jiem sakemm sahtu kienet tant marret ghal ghar li ma kienx ipprmettut vizitaturi. L-ahbar tal mewt tieghu imlitni b'dieqa personali li ma nistax nispjega hawn, waqt li lanqas biss hu possibli li nimmagina l-ghali u t-telfa li l-mewt tieghu waqqet fuq martu Pawla u l-familja taghhom.

Issa li Malta tilfet wiehed mill aqwa artisti li qatt ipproduciet u jien tlift habib tal qalb u kollega fil qasam tal muzika u fl-Ghana Malti, naf li z-zjajjar tieghi f'Malta fil gejjini ser inhoss il-vojt tieghu. Imma il-vizti tieghi ghand Frans u Pawla ta l-imghoddi ihalluli memorji sinjuri u memorabbli.

Kont incempel lil France kif nasal Malta u niftiehem gurnata meta nkun nista mmur narah. 'Meta gej s'hawn" kien jistaqsini…"ara qis li tibqa hawn u kull bicca hobs maghna ta… eh bilhaqq ghandi xi haga xi nsemmek …ghidli x'jidhirlek"
Dejjem apprezzajt id-diskors li kien jghaddi bejnitna meta kont immur f'"Dar San Guzepp", f'Birkirkara, fejn l-ewwel parti taz-zjara tieghi ghand il-budaj kient tibda fil garaxx fejn kien jurini l-istawi u l-pitturi li jkun ghadu kif lesta, waqt li jsemmalli l-ahhar xoghol li jkun ghamel fuq is-CD player li kellu fil garaxx. Meta kienet tajtilna Pawla mbghad konna nidhlu gewwa fil karma tal ikel fejn Frans jibda jiccajta u drabi ohra jitkellem bl-akbar serjeta fuq suggetti li kien jemmen bihom bil qawwi.
Pawla kienet dejjem issajjar xi haga tradizzjonali Maltija li kienet tkun taf li jien ma tantx nikol bhala l-Awstralja. Ma nistax nenfasizza bizzejjed hawnhekk l-ospitalita u l-hbieberija li dejjem sibt ghnd Frans u Pawla.

Sa tlett snin ilu jien u Frans konna mmorru nimxu lejn il-kampanja fl-inhawi ta Birkirkara l-antika, il-gonna ta Sant Anton Sant Anton u anki konna nzuru l-knejjes fl-inhawi, ghax Frans kien bniedem li baqa jghozz it-tradizzjonijiet Maltin specjalment dawk religjuzi, imma ma jfissirx li ma kienx jaghmel mistoqsijiet fuq il-filosofija religjuza ghax kien bniedem studjuz u kemm il-darba kien jikkwota passaggi mil vangelu jew xi kitba ta Santu Wistin jew mill bibbja.

Qatt ma ninsa l-Frans jaghtini id-direzzjonijiet biex nasal Birkirkara, billi jien kont nivvjagga bil karrozza tal linja… "ara aqbad dil li tibqa tilla ghan Naxxar…ghidlu jwaqqfek fejn il-mithna ta Birkirkara…. Jien ikun nistenna fl-istejg". Kont nammira li bniedem tal-poplarita u hila tieghu kien tant generuz u jihu hsieb …u meta kont nasal kont insibu jistennini fl-istejg tal karrozza… avolja kont drajt ir-rotta sew u ma kienx hemm bzonn joqod jistennini, imma kif jghidu fl-ghana 'dik kienet il massma ta Frans 'il-budaj' … kien bniedem li jihu hsiebek'.

Meta mort inzuru, kif wsalt Malta, din id-darba, bhas-soltu sibtu jistennini fix-xemx tahraq fix-xelter tal karrozza tal-linja. U kont drajtu li meta kont nerga lura d-dar kien jimxi mieghi sal l-istess bus xelter sakemm tigi l-karozza tal belt.
Haga li kienet tiskantani li biex il-Budaj jimxi dik il-mixja qasira kien gili jwaqqfuh numru kbir ta nies biex jaghtuh proset fuq l-ahhar dehra tieghu fuq it-televizzjoni jew il-poezija li ghamel fuq ir-radju jew l-ahhar CD li kien hareg, li din id-darba kienet "TILA", u li kellha tkun l-ahhar Tila li kellu jpitter…

Frans Baldacchino 'il-budaj' issa halla din id-dinja, imma il-kontribuzzjoni artistika tieghu tibqa wirt prezzjuz ghal din il-gernerazzjoni u dik li ghad tigi warajna.

 

***************

 

 

~ Rest in Peace ~