Tislima lil Wenzu Cauchi , It-Tatux
Jikteb Mark Caruana
Ghalkemm
jien lil Wenzu Cauchi ma nafux personalment, imma meta habibu
l-ghannej Zejtuni, Mattew Caruana minn Adelaide, talabni nikteb
kelmtejn fuqu, mill-ewwel accettajt.
Mattew baghat jghidli li Wenzu Cauchi, misjub aktar bhala It-Tatux,
kien wiehed minn tlett ghannejja biss li ghandhom gewwa Adelaide,
u issa dan in-numru zghir nizel ghal tnejn. Daqqaqa jew gitarristi
f'Adelaide m'hemmx, u ghalhekk Mattew hass li kellu jikteb ghana
tal-fatt dwar il-mewt ta' siehbu ghannej bhalu, ghanna fuq zigarella
bid-daqq lest.
Bil-permess gentili ta' l-editur Lino Vella, l-ghanja ta' Mattew
qed tidher f'din il-gazzetta. Wenzu Cauchi kien jikteb fil-The
Maltese Herald, l-aktar fil-kolonna ta' l-Opinjoni, x'aktarx fuq
xi haga li tolqot lill-komunita Maltija tas-South Australia.
Mattew qalli li Wenzu kien midhla sewwa ta' l-ghaqdiet Maltin
f'Adelaide u kien membru tas-Senior Citizens, ta' l-RSL; kien
jaqra l-isports fuq ir-radju tal-Maltin. Kien dilettant ta' l-Aussie
Rules u tal-festi Maltin u kien jghanni f'dawn l-okkasjonijiet.
Naturalment, billi Wenzu kien mill-Furjana, l-aktar festa ghal
qalbu kienet dik ta' San Pubbliju,
Meta kien aktar zaghzugh, Wenzu Cauchi serva wkoll fl-Army.
Kellha namra kbira ghall-isport tar-wrestling. Billi kien attiv
f'hafna mill-ghaqdiet tal-Maltin. kien maghruf tista' tghid minn
kulhadd fis-South Australia.
Aghtih ja Mulej il-Mistrieh ta' dejjem.
********
GHANJA
LIL WENZU CAUCHI, IT-TATUX
Kitba u ghanja
ta' Mattew Caruana minn SA
Qbadt il-pinna jien f'idejja
Kif kont hawnhekk fil-kwiet.
Giet vizjoni quddiem ghajnejja
U bdejt nikteb zewg ghanjiet.
Il-vizjoni li giet quddiemi
Kollox jien bdejt nara car.
Ta' Wenzu l-Furjani
Kien habib tieghi mill-kbar.
Fuq tletin sena kont ili nafu
Kemm ghannejna ghana flimkien!
Bhal hutu kien jistmani
Bhal huti kont stmajtu jien.
Bl-ghana tghidx kemm iggelidna
Lil xulxin ma nceduhix;
Wara, kollox kien jintnesa
U f'qalbna ma nzommuhix.
*****
Ma' Wenzu kemm kont nimpara
U ghax bhali kien kummidjant.
Nghannu, pjacir konna niehdu.
Pjacir naghtu lid-dilettant.
Icempilli u ncempillu
Ta' xulxin ridna l-kumpanija.
Fuq tletin sena kont ilni nafu
Dejjem zammejna l-hbiberija.
Meta jdum ma jarani
Fija kien jigih xi hsieb.
Kien jaqbad u jcempilli.
Hekk ghandhom ikunu l-hbieb.
Jiena wkoll bhalu kont naghmel.
Konna niehdu hsieb xulxin.
Imma kollox jasal fl-ahhar
Kelna nigu mifrudin.
*****
Miskin Wenzu kellu jimrad.
Kellhom jehduh go l-isptar.
Ta' kuljum kont incempillu
Sabiex nara minnu x'sar?
Jien l-isptar kont immur inzuru
Kont inpoggi bilqeghda hdejh.
Kien jitfa' idu gewwa idejja
Lili kien jigbidni lejh.
Ghalkemm migugh kien ihossu
Lili ma jurini b'xejn.
Sa l-ahhar baqa' jiccajta.
Staqsieni biex nghannu tnejn.
Mort narah fil-birthday tieghu
Kien il-hin xi nofsinhar.
Fetah ghajnejh, qabadli idejja;
Qalli biex nitlaq, il-hin sar.
**********
Konna jien u l-mara tieghu
It-tnejn inzommulu jdejh.
Miskin bl-ugigh kien isofri
Ma felahx jiftah ghajnejh.
Jiena xtaqt li nibqa' fejnu;
Naf li ridni huwa mieghu.
Imma lilu kelli nhalli
Biex ikun mal-familja tieghu.
L-ghada filghodu cempiltlu
Halli nghidlu zewg kelmiet.
Ta' l-isptar l-ahbar tawni
Illli l-habib Wenzu MIET.
It-telefon tlaqtu minn idi
Hassejt daqqa ta' stallett.
Tlift l-ikbar habib li kelli
Kemm kien igibli rispett!
*****
Dik il-lejla ta' Ruzarju
Mal-patri konna migburin.
Ruzarju ghar-ruhu offrejtu
Biex jiehu hsiebu l-Bambin.
L-ghada l-funeral kellu
Fil-knisja jien nies kemm rajt.
Sforz ir-rispett li ahna kellna
Fit-tebut mat-tfal gharfajt.
Kellu quddiesa sabiha
Il-patri bi kliemu jbikkik
Tlajt biex nircievi t-Tqarbina
Habib Wenzu offrejtha ghalik.
Mill-knisja ghac-cimiterju
Kulhadd wara t-tebut.
Kien hemm ta' l-RSL shabu
Biex jaghtuh l-ahhar salut.
****
Hemm bdew idoqqu l-bugler
Dak id-daqq ta' swied ta'qalb.
Il-patri bierek il-qabru
U ghar-ruhu ghidna xi talb.
It-tebut fil-qabar niezel
Xi fjuri tfajna ghar-rispett.
Xi hbieb minn tal-Klabb Ghannejja
Baghtulu l-isbah bukkett.
Issa Wenzu, hbieb, hallina
Qis li tibqghu tiftakruh.
Meta l-quddiesa tmorru
Ghar-ruhu qis li toffruh.
Mela hbieb itolbu ghal Wenzu
Fit-talb taghkom iftakru fih;
Sabiex il-Hanin Alla
Il-mistrieh ta' dejjem jaghtih.
*****
Nirringrazzja lill-hbieb kollha
Dawk li kienu jzuruh.
Lil tal-isptar xtaqt nghid grazzi
Ta' l-ghajnuna li kienu jtuh.
Il-patri xtaqt nghidlu grazzi
Sa l-ahhar irsista mieghu.
Il-patri kien l-isptar imur izuru
U jsabbar lill-mara tieghu.
Hawn hbieb ser ikolli nispicca
Ghalkemm xi nghid hafna baqaghli
L-ghomor lill-martu u lill-uliedu
Minn daqqaqa u ghannejja bhali.
Nitlob talba lil tas-Sema
B'qalbi kollha nistaqsih
Wenzu kien devot lejn l-Ghaziza Ommok
U l-bieb tal-Genna urih.
****