SYDNEY! F'HAMEST IJIEM

 

 

Bejn it-tletin ta Mejju u l-erbgha ta Gunju, tlajt f'Sydney ghal zjara qasira, biex naghti harsa lejn ix-xena tal-Ghana Malti, bhala parti minn ricerka li qed naghmel fuq l-istorja ta din il-muzika tradizzjonali li baqet tizvulppa mal-wasla ta eluf ta emigranti Maltin fl-ahhar sittin sena.
Iz-zjara kienet mghaggla u mimlija b'appuntamenti u gbir ta intervisti ma kitarristi u ghannejja li tawni l-ewwel hjiel tal-istorja tal ghana f'Sydney. Fl-istess hin, Imhabba l-interess tieghi fil-lingwa Maltija, il-muzika popolari, u t-teatru Malti, hadt l-apportunita biex nitkellem ma xi nies minn dawn l-oqsma. Dawn ghinuni nara b'ghajnejja u nifforma l-ewwel impressjoni generali tal-hidma li qed isiir f'Sydney ghal ikkultivar tal-lingwa u l-kultura Maltija fost il-generazzjonjiet li gew warjna u l-wirt kulturali artistiku li wara kollox jifforma parti kbira mis-psiku taghna l-Maltin li nghixu f'dan il-kontinent.

L-GHANA MALTI

l-Ghana Malti huwa qawwi u shih u komplut b'ghannejja, kitarristi u delittanti li jattendu is-serati tal-ghana li generalment jigi organizzat minn zewg ghaqdiet, Il-Hamrun Association Ltd u l La Vallette Social club. Attendejt l-ghana fil-klabb tal-Hamrun. Hemm iltqajt ma numru ta dellittanti fejn il-format kien f'dak l-istil li svolga bejn il-Maltin f'dawn l-ahhar ghoxrin sena, sala pubblika fejn wiehed jista jmur u jisma l-ghana waqt li jiltaqa ma shabu d-diltettenti u kif jghidu l-ghannejja "Iqatta siegha".
Kien hemm zmien fl-imghoddi meta dawk li kienu jhobbu l-Ghana ma kienux jistghu jisimuh jew jippartecipaw fih jekk ma jkollomx kuntatt ma xi hadd ta gewwa, li kien jaqlalhom stedina ghal xi serata. Fl-ewwel snin tal-emigrazzjoni, il-laqat tal-ghana kienu jsiru biss fid-djar privati.
Kelli ntenzjoni li nattendi il-La Vallette Social Club, imma il-htiega li nzur lin-nies familjari tieghi u nlahhaq ma npenji ohra ma ppermettitlix. La nerga nzur Sydney din tkun gholja fil-prijorita biex l-impressjoni tkun aktar shiha u imwiezna ahjar.

Il-konnessjonijiet bejn Melbourne u Sydney fl-Ghana minn dejjem kienu sodi ghalkemm ir-rivalita ma tonqosx. Gimgha qabel kienet saret serata fejn kien ha sehem l-ghannej popolari minn Melbourne Salvu Galea "Il-Kalora". Dawk li attendew tawni rendikont sabih ta din is-serata, kemm fl-attendenza, kif ukoll fil-konkorrenza.

 

XANDIR BIL-MALTI

F-istiedina li kelli fuq ir-radju tal-SBS, il-kap tal-programmi bil-Malti, John Borg flimkien mal-kollega tieghu Frank Zammit fethu l-linji tat-telefon fejn kelli l-apportunita nitkellem mas-semmiegha ta NSW. Ghalkemm inqis ruhi bhala isem gdid go N.S.W. hadd pjacir nara li it-telefonati ma qatux sa ma ghalqilna l-hin. Barra li kienet apportunita sabiha biex nitkellem ma semmiegha ta Sydney sibt interess mhux biss minn nahha tad-dellittanti, imma anki xi semmiegha studjuzi. Xi uhud milli cemplu, urew li ghadhom jorbtu l-Ghana u l-Prejjem mal-pajsagg Malti. Il-hoss tal-kitarri u l-Ghana johduhom lura fil-memorja mhux biss lejn Art Twielidhom imma anki lejn hajjithom fi tfulithom u zoghzithom. Ghalina l-imsiefrin l-aspett ta nostalgia huwa realta, avolja kulltant jigi meqjus bhala haga negattiva.

Fost kuntatti li ghamilt ilqajt ma Alfred Fenech li jipprezenta programme fur 2SER FM li intervistani ghal programme tieghu li jixxandar il-Hadd fil 11:00AM. Dan hu programme edukattiv li huwa mmexxi mil-membri tal-Maltese Community Council ta NSW.

 

IL-LINGWA MALTIJA

 

Hassejt li min-nahha tal-lingwa Maltija, l-isforz li qed isir, huwa organizzat u mmexxi tajjeb. The Maltese School of Languages of NSW ghandha hames lokalijiet fejn qed jitghallem il-Malti. Hemm klassijiet go f'Horsley Park, f'South Wentworthviulle, f'Seven Hills, go Blacktown u Richmond. Il-motto ta din il-kampanja "Tkellem bil-Malti" huwa sabih, semplici u effettiv.
Hadd pjacir nara li il-familji ta xi hbieb privati tieghi, jihdu lill uliedhom ghal dan it-taghlim waqt li l-genituri stess huma nvoluti u jinvolvu lill uliedhom f'attivitajjiet kulturali Maltin. Hawn tinduna li l-ezempju tal-genituri ghandu effett qawwi fuq l-ulied.

 

IT-TEATRU MALTI

Minn nahha tat-teatru Malti diga kelli impressjoni li hemm interess qawwi f'Sydney. Kull meta ittelet xi produzzjoni li kelli x'naqsam maghha bhal IL-HANUT TA' DWINU, KADANZA jew MALET, dejjem iltqajt ma xi nies minn Sydney jigu jaraw dawn il-prezentazzjonjiet, fosthom il-bravu direttur/attur Eddie Busuttil, il President Direttur Charles Mifsud tal-ghaqda teatrali "Ic-Cittadini" u l-atturi bhal Greg Caruana. Infatti fl-ahhar prezentazzjoni li ghamilna tal-HANUT TA DWINU go c-Centru Kulturali ta Albion, f'Melbourne, kellna kontingent minn Sydney li fosthom kien hemm Laurence Dimech li anki kiteb raport fuq dan ix-xoghol li deher kemm fil-Maltese Herald u anki fil-gazetti Maltin.
Nhar il-Hadd it-3 Gunju 2001 kelli c-cans li nirreciproka billi attendejt il-produzzjoni "GENSNA" The Musical, fil-Wenthworthville Leagues Club. Kienet tassew prezentazzjoni sabiha li tqanqal is-sentimenti patriotici taghna l-Maltin, imma infatti kienet izjed minn hekk, meta tqis li kwazi nofs l-atturi, zeffiena u kantanti kienu mwieldin fl-Awstralja u huma tat-tieni u t-tielet generezzjoni. Il-lejla li kienet immexxija minn Laurence Dimech b'mod professjonali waqt li d-direzzjoni tal-produzzjoni kienet f-dejn Eddie Busittil. Eddie ha parti wkoll bhala attur.
Waqt li nifrah lil-Maltese Cutural Association of NSW Inc, "Ic-Cittadini", The Maltese Theatre group u dawk kollha li kellhom x'jaqsmu ma din il-produzzjoni tal-palk Malti fl-Awstralja, inheggighom biex ikomplu fix-xoghol siewi taghhom fix-firxa tal-kultura Maltija fost it-tfal u zaghzagh Maltin/Awstraljani.

 

IL-MALTESE HERALD

 

Waqt li kont Sydney zort l-ufficcju tal-gazzeta Maltija THE MALTESE HERALD go Merrylands, fejn sraqt ftit hin prezzjuz ta l-editur Lino Vella. Lino laqqani ma n-nies tieghu, li flimkien jahdmu kontra l-arlogg biex iwasslu l-gazzetta fil-hin lill kommunita Maltija mxerda mal-erbgha kantunieri tal-kontinent Awstraljan.
Bhala qarrej regolari ta din il-gazzetta ghal ahhar tletin sena, kien ezercizzju siewi ghalija, ghax ghini nifhem ahjar id-diffikultajjiet li l-publikatur/editur jiffaccja biex iwassal din il-gazzetta lill kommunita Maltija, gimgha wara l-ohra.
Jekk wiehed jikkosidra li din hi l-unika gazzetta nazzjonali li ghandna fl-Awstralja, barra mill-fatt li hija wkoll il-gazzetta li tirraprezentana f'Malta u f'pajjizi ohra fejn hemm il-Maltin jghixu, huwa bizzejjed biex dawk responsabbli ghal-hrug taghha ihossu it-toqol tal-pis tar-responsabilta li jgorru fuq spallejhom. Izda barra minn hekk il-Maltese Herald hija l-gazzetta fejn progetti taghna l-Maltin jistu jigu rreklamati u moghtija publicita biex jimxu u ikollhom success.

Madankollu meta harist fil-font ta' l-operazzjoni u l-ispejjes li titlob it-teknologija moderna biex l-editur izommna aggornati, fhimt ahjar, id-diffikultajjiet li jiffacca ta kull jum.
Napella lill kommunita Maltija li he mxerrda mal-Awstralja biex nassiguraw li l-eghgluq l-erbghin sena ta publikazzjoni ta din il-gazzeta ikun bidu gdid ghal Maltese Herald u mhux l-eghluq ta kapitlu 'mprezzabbli fil-medja Maltija Fl-Awstralja.
Hallejt l-ufficju tal-gazzetta Maltija b'apprezzament akbar minn qabel ta' l-operazzjoni,taht pressjoni kontinwa, li jirrikjedi dan ix-xoghol.

Ghalkemm din iz-zjara kienet ta ntruduzzjoni u zmien tieghi kien limitat, irnexxili ngib mieghi numru ta intervisti u gabra ta muzika li 'rrekordjajt, gibt mieghi ukoll impressjoni sabiha ta l-ewwel kiuntatt mal-kommunita maltija ta Sydney.
Naghlaq billi nirringrazzja lill dawk kollha li b'xi mod jew iehor tawni hinhom, jew offrew l-ghajnuna taghhom u pprovdew it-transport li minghajrhom ma kontx nilhaq l-ghan tal-vista qasira. Ma nissograx nibda nsemmi l-individwi ghal biza li nhalli lill xi hadd barra, imma bizzejjed nghid li barra li geddiet kuntatti antiki, ghamilt bosta hbieb godda.
Nismaghhom jghidu li dejjem ezitit certu rivalita bejn Sydney u Melbourne.
Jekk veru tezziti, fl-opinjoni tieghi, hija biss wahda ta hbieberija.

***********

Manuel Casha, June 2001