Memorji Tat-Tfulija fil Port Il-Kbir

 

Niftakarni nhares minn fuq turetta ta bejt go Triq Rinella, b'veduta tal-Bajja tal Kalkara u s-swar tal-Birgu. Fil-boghod il-Barrakka t'Isfel fil-Belt Valletta u l-pixkerijja, kif kienu jsehula il-kbar. Il-Bajja mimlija luzzi, frejgatini, dghajjes u bcejjec tal-bahar ohra bhal cutters,gikkijiet cattri, b'kuluri ta kull xorta. Fin-nofs, xi frejgata tan-Navy Ingliza fejn kienu jankraw. Il-lanca tal-bahrin gejja wsejra taqsam ghax-xatt u l-lanca tal-Armiral tiehu in-nies tan-Navy, daqqa minn "Ta Bighi" u ohra mil-fortizza tar-Ricasoli. Il-Bahrin u l-officcjali jaqsmu l-port flimkien ma nies civili, ghal belt, minnflokk jistennew il-karrozza.


Il-Lanca kienet twasslek il-belt f'ghaxar minuti waqt li bil-karrozza tal-linja kient tiehu daqs nofs siegha u fuq kollox kienet b'xejn.
Niftakar il-Lanec tal-pass jaqsmu il-port. Missieri kienet johodna naqbduha mill-pont tal-Birgu, quddiem il-Knisja ta San Lawrenz, fejn kien ikkolna naqbzu mill-pont (jew il-pontun) ghal fuq il-lanca. Kienet l-hena taghna meta l-bahar kien ikun imcaqlak. Il-Lanca kienet taqsam ghal l-Isla fejn kienet tigbor in-nies imbghad terhila ghal belt fejn kienet tnizzilna id-Dwana.
Ahna u naqsmu l-port bejn l-Isla u L-Belt konna nghaddu qrib vapuri ankrati gganteski bi ktajjen kbar, marbuta ma bagi imdewda bil-gawwi, li ghalina t-tfal zghar, kienet tassew xena spettakolari.


Il-Kalkara kellna L-Censu Pule wiehed mill-ahjar haddiema tad-dghajjes f'Malta u gieli konna mmorru narawh jahdem fil hanut tieghu ix-Xewkija. Meta kien jaghmel xi wahda tal-medalji kienu jingabru n-nies ghax dak iz-zmien is-sena tal-injam kienet nobbli qalb is-snajja. Kien hemm bosta frejgatini, dghajjes u luzzi wieqfin fuq ix-xatt fejn is-sidien taghhom kienu jahsluhom , jsewwuhom u jizbuhom biex isahhu l-injam taghhom.


In-nahha tat-Toqba tal-Birgu, hdejn il-gabbana, kien hemm bhal submarine imsadded bl-arblu fil-wicc jittikel bil-melh tal-bahar li kin ghereq f'xi battalja fil gwerra. Kemm il-darba konna mmoru hdejh bic-cattra biex ta tfal li konna nesploraw. Meta nahseb kemm il-darba konna kwazi inqlibna u il-font li kien hemm nirringrazzja l'Alla li ghani haj.
Lejn dik in-nahha qbadna l-akbar sparli li kien hemm fil-port, avolja fejn ta Bruno, faccata, kien hemm roqa fejn il-hajt tad-Torpedo Depot li jekk l-arju jinzerta mcajpar u tistat bil-gambli gili qbadna xi vopa il-gmiel taghha.


Meta nhares lura lejn tfuliti ninduna kemm il-bahar iddomina il-hajjitna, u meta nhares lejn il-kanzunetti li ktibt u il-poeziji li hazzizt, il-bahar dejjem indahal fl-imaginazzjoni tieghi. L-imagijja u il-memorji ta tfuliti f'Malta ghada sal-lum parti l-insperazzjoni ta l-kanzunetti u poeziji li nhazzez.

***********

 

 

 

 

 

Manuel Casha, Melbourne, Australia