Lejla Ghal Manwel Sultana "Il-Moni"- 28 Gunju 1996

 

Fit-28 ta' Gunju 1996, kienet saret lejla specjali, gewwa Taylors Lakes Receptions, fejn Il-Klabb Ghannejja Maltin qimu lill ghannej veteran u president taghhom, Manwel Sultana "Il-Moni". Kienet lejla formali li giet imexxija minn Fredu Cachia flimkiem mal-kummitat tal-Klabb Ghannejja Maltin.

Kien hemm prezenti bosta persuni maghrufa u mexxejja tal-kommunita Maltija f'Melbourne, bhal Dr Clemente Zammit u is-sinjura tieghu, u Victor Aquilina li kellu l-kariga ta' Master of Ceremonies.

F'din il-lejla gew ipprezentati bosta generi tal-Ghana, bhal Spiru Pront, Ghana fil-Gholi, makkjetti, Prejjem u poeziji. Din l-okazzjoni baqqet maghrufa bhala "Il-lejla tal-birthday tal-Moni".

L-organizzuturi kienu stiednuni biex naghmel diskors ghal din il-lejla. Il-kitba li tidher hawn taht hija dik li pprezentatjt f'dik il-lejla memorabbli.

(Mix-xellug) Dr.& Mrs. Zammit, Manuel u Mansweta Sultana, Vince Pulo, Charlie Portelli and M,anuel Casha (Standing)

************

 

L-GHANA U IN-NAZZJON MALTI

 

Hemm tlett elementi importanti li jaghzlu Nazzjon minn iehor, u jaghtuh l-individwalita tieghu.

Dawn it-tlett aspetti, jew ingridjenti huma:

1. Il-Lingwa

2. L-Istorja (Il-History)

3. Il-Kultura

Il-Lingwa hija l-mezz kif in-nies nattivi, jew inwielda gol pajjiz jikkomunikaw bejnithom gewwa pajjizhom, u jarfu l-xulxin barra minn pajjizhom, meta jisimghu ilsienhom mitkellem.

L-Istorja tan-Nazzjon tghin biex tispjega il-karattru tan nazzjon, ma tul is-sekli, billi tirrakonta, kif iffaccja il-problemi tieghu ma tul iz-zmien.

Fil kas taghna L-Maltin, l-storja hija mimlija b’ezempji ta qlubija u eroizmu.

Il-Kultura tan-Nazzjon tghin biex tfisser il-personalita Nazzjonali permezz tal- Arti, il-kustumi u d-Drawwiet tieghu .Fil- wirt storiku, hemm migbur dak kollhu, li kollettivament jifforma il-Folklore tal-pajjiz. Nemmen li minn dawn it-tlieta, din ta l-ahhar hija l-aktar importanti biex wiehed jifhem il-karrattru u l-personalita ta Nazzjon. Il-Kultura hija ghodda importanti tal-Antropologista, biex jifhem il-fisjologija u il-psikologija tal-bniedem.

L-Ghana Malti huwa wirt in-Nazzjon Malti, li ghal sekli shah ghadda minn generazzjoni ghal ohra. Naturalment, kull seklu halla l-marka tieghu u kkawza xi bidliet, imma minkejja dan, il-ftit kotba li gew ippublikati, juru, li l-ghanja, fil forma u l-istruttura taghha, ftit imbidlet. Infatti certu ghana li gie ippublikat fis-sekli tmintax u dsattax, ghadu jista jitkanta fuq l-ghanja kif nafuha il-lum.

Ma tul is-sekli l-istrumenti li ikkumpanjaw l-Ghana imbidlu, sakemm il-lum il-kitarra hija l-istrument l-aktar ghaddattat ghal akkumpanjament. Infatti huwa mahsub li snin ilu l-Ghana ma kienx jigi ikkumpanjat, minhabba l-fatt li kien jitkanta waqt il-hin tax-xoghol fl-elieqi, fuq l-ghandar, u fuq il-bcejjec tal-bahar, waqt is-sajd. Dan l-argument konsistenti, fin-Nofs In-Nar tal-Ewropa, fejn l-eqdem muzika folkloristika, kienet u ghada, titkanta "A Kapella" f’inhawi rurali.

"Il-Moni" jghanni fuq l-akkumpanjament bosta kitarri.

Fi seklu prezenti, huwa kwazi impossibli li nimmaginaw l-Ghana minnghajr il-kitarri. Madankollu il-kitarra hija instrument li hadet posta fl-Ghana. fis-seklu ghoxrin, waqt li l-origini tal-Ghana ghadu hadd ma jista jghid meta bdiet; kif zvillupat bhala il-muzika tal-Poplu Malti; jew kemm il seklu ila maghna.

 

Minn Hu Manwel Sultana "Il-Moni"

........Manwel u Mansweta Sultana.......................

Il-lejla, qed inqimu lill ghannej Manwel Sultana ‘Il-Moni", li ghal fuq sittin sena, ilu juri l-abilta u it-talent tieghu ,bhala ghannej prim. Fil-karriera twila tieghu Manwel:

- Ghanna mal-bicca l-kbira tal-ghannejja legendarji tas seklu ghoxrin.

- Kien prezenti u ha parti f’avvenimenti li hallew il-marka taghhom fl-istorja tal Folklor Malti, bhal l-kompetizzjonijiet tal-Ghana, imtella bl-inizjattiva tas-SOCJETA AGRARJA taht it-tmexijja tat tabieb Charles Cassar, meghjun minn Guze Cassar Pullicino.

- Manwel kien wiehed mill ghannejja li kienu jghannu fuq il-programmi tar-Rediffusion...ma ismijiet bhal Pawlu Seychell "l-Ghannej" u Salvu Darmanin "Ir-rugel", Guzeppi Xuereb "Ix-Xhudi" u tant ohrajn. Il-Lista ta mertu, hija twila u il-hin ma jippermettix li nidhol f’hafna f’dettalji il-lejla. Manwel ghandu mahzun fil-memorja tieghu stejjer, ghanjiet li ntqalu minn jaf kemm il-sena ilu, lokalitajjiet, serati, ghannejja u kitarristi, kemm qabel il-gwerra u anki wara gwerra. Barra minnhekk kien wiehed mill ewwel ghannejja li siefru u kellhom sehem kbir fl-izvologiment tal-Ghana Malti, fl-Awstralja.

L-Ghana kien minn dejjem parti mill-hajja u l-karratru tal "Moni".

 

L-Ghana Parti Mill Karattru Malti

U kemm hu Parti mill Karratru Malti L-Ghana? Hawn ser nikkwota xi studjuzi, minnflokk naghtikhom l-oppinjoni tieghi.

L-Ingliz GEORGE PERCY BADGER, li zghar Malta fl-1838, ghamel din l-osservazzjoni fuq il poplu Malti.

"Il-Maltin ghandhom talent singolari ghal poezija ,li huwa naturali fihom...Bosta drabi, smajt xi-Maltin, bilqieghda fuq zewg sigriet, faccata ta xulxin, jew meghdija fuq ix-xoghol, iwiegbu lill xulxin bil-ghana mqabbel, minghajr ma jkunu hasbuh qabel".

Il-Professur OLIVER FRIGGIERI jghid li "l-Ghana kien l-ewwel forma ta lettaratura tal-poplu Malti, qabel il-Malti beda jigi miktub u migbur fil-kotba kif nafuhom il-lum"

L-istudjuz ewlieni tal-Folklore Malti GUZE CASSAR PULICINO qal-dan fuq l-Ghana u n-Nazzjon Malti.."Is-sengha tat-tqabbil u tal-Ghana kienet minn dejjem. U Bhall-popli ta pajjizi ohra, ma tul il-mixja tas-snin, il-poplu ta Malta u Ghawdex fisser ix-xewqat, il-ferh ,u n-niket tieghu, bi kliem imqabbel imlaqqa mad-daqq."

Dawn l-istudjuzi, xi hud minnhom Maltin u ohrajn barranin, gharfu, il-valur u kwalitajjiet artistici li jeziztu f’din il-forma Muzika Antika Maltija. Fl-Imghoddi l-Ghana Malti kien mezz kif il-poplu kien jiccelebra il-ferh u id-dwejjag tieghu .

 

Victor Aquilina li kien il-Master of Ceremonies jghannunzja l-kitarristi

L-Ghana Fil-Prezent

Il-Lum il-gurnata il-melodijji tal-Ghana qed jigu irrangati f’arrangamenti moderni, li qed isebbhu il-qasam tal-poplari.

Il-Maestro Charles Camilleri irranga it-temi tal-Ghana f’xoghol klassiku, li sab gharfien mhux biss gewwa l-gzejjer maltin, imma anki barra minn Malta.

- F’Malta l-Ghana dahal fit-teatru bi produzzjonijiet bhal "Taht il-Hakma ta Monroj" u "L-Atti Tal-Appostli". Dawn ha sehem fihom l-ghannej poplari France Baldacchino "Il-Budaj".

- Hawn fl-Awstralja "Il-Hanut Ta Dwinu".

- L-Ghana dahal fil-knejjes permezz tal Quddiesa tal-Ghana li bdiet f’Malta u il-lum xterdett ma l-Awstralja u L-Kanada.

- L-Ghana dahal fl-Universita u fin-Nightclubs.

- L-Ghana qed nisimugh fuq C.D.s’

- L-Ghannejja il-lum izuru pajjizi ohra fejn hemm il-Maltin. Pajjizi bhal Kanada, L-Awstralja, L-Ingilterra u Vant Nofsani.

Dan l-izvillup sar kollu mill-gwerra l-hawn. Hawn fl-Awstralja, fil-bidu tal-Emigrazzjoni, fis snin hamsin, l-Ghana kien isir fid-djar, privati tad-dilettanti. Il-lum kif jaf kullhadd isir fis swali publici.

Fl-imghoddi, l-Ghana kien isir fil hwienet ta titotla u l-hwienet tax-xorb, il-lum isir ukoll f’Gazini, hwienet restoranti u ghal serati specjali fis-swali publici. Ghalhekk ghalkemm ic-cirkustanzi inbidlu ma dwaru, l-Ghana baqa pur fil forma tieghu minkejja li addatta ghaz-zmien u s-seklu li kien jinsab fih.

L-ahwa Zaren U Ninu Attard "Tal-Bukkacc" jaghannu ghanjiet ta tifhir ghal Manwel Sultana "Il-Moni"

Konkluzzjoni

L-Ghana il-lum qed jihu postu fi sfera socjali fejn qabel ma kellux l-istess gharfien u rispett...anzi, anki sofra pregudizzju ggar stigma.

Il-lum il-lejliet tal-Ghana fil-Festival Kulturali li jorganizza Il-Maltese Community Council huma l-aktar iffrekwentati, u ghandna zaghzagh imwieldin l-Awstralja, li dahlu ghad-daqq tal-kittari u qed ikomplu it-tradizzjoni.

L-Ghana jigi pprezentat regolarment fis-swali publici.

Fl-ahhar nett, nemmen li l-Ghana ghadu qawwi u shih ghax ghandu valur specjali ghalina Maltin. U bhala Maltin ghandna risponsabbilta li nihdu hsiebu u nikkultivawh ghal generazzjonijiet ta warajna.

Hawn hafna nies prezenti l-lejla - u xi ohrajn li m’ghadhomx maghna -li irsistew u ghadhom jirsistu biex jaraw l-Ghana jimxi l-quddiem f’dan il-pajjiz, billi taw l-hin liberu taghhom.

Minghajrhom iljieli bhal dawn m’humix possibbli.

Naghlaq billi nifrah lill Klabb Ghannejja Maltin (Inc) ghal organizzazzjoni ta din il-lejla sabiha tal-Imnarja, festa tradizzjonali tal-Ghana, sa minn zmien il-qeddem.

- Lill Ko-ordinatur Fredu Cachia ghal programme li hejja.

- Lill Manuel Sultana "Il-Moni" ,li ghal bosta dicenji zamm

it-tradizzjoni, tal-Ghana Malti, hajja fl-Awstralja.

 

GRAZZI!

*********

 

 

MANWEL SULTANA

(Profil)

 

Twieled il-Marsa fis-16 ta' Awissu fl-1921 .
Il-familja tieghu kellhom hanut ta t-te fi n-nizla ta l-Marsa, go Balby street, li kien iffrikwentat mil-ghannejja u d-daqqaqa ta dak iz-zmien.
F'din l-atmosfera, Manwel beda josserva u jitrawwem fl-ghana Malti, sakemm ta erbatax il-sena, ghanna ghal ewwel darba go l-Buskett , fl-Imnarja ma Pawlu Seychell.

F'zoghzitu beda jiffrikwenta il-hwienet fejn kien isir l-ghana fejn f'qasir zmien ghamel isem fost l-ghannejja maghrufa ta dak iz-zmien.
Qabel tela l-Awstralja, rebah zewg kompetizzjonijiet tal-Ghana fil-Buskett, darba kien ghanna ma Guzeppi Xuereb "Ix-Xudi" u darb'ohra ma Zaren "Ta Vestru", li dak iz-zmien kienu jigu iggudikati minn nies letterarji, li kienu jezaminaw il-valur tal istrofi mqabbla, fuq suggetti maghzula minnhom stess.
Kien zmien meta l-ghannejja kienu johorgu fit-triqat u jghannu f-iljili sajfin. Mhux l-ewwel darba li Manwel kien johrog minn dahru biex jghanni ma l-ghannejja li hafna drabi kienu jigbru folla ma dwarhom. Meta 'zzewweg u kellu l-familja Manwel beda jahseb biex itejjeb il-futur ghal martu u uliedu. Kien dan il-hsieb li wasslu ghad decizjoni li jitlaq l-Art twielidu u jemigra ghal l-Awstralja.
Darba wasal l-Awstralja, Manwel u martu Mansweta, marru joqodu go West Melbourne Melbourne, fejn f'qasir zmien darhom saret centru, fejn id-dilettanti kienu jiltaqghu biex jghannu, idoqqu u jisimghu l-Ghana Malti u generalment iqattghu siegha jghidu kelma ma shabhom .
Sultana kien maghruf ma tal-quccata fost l-ghanneja kemm fl-Awstralja u f'Malta u kien wiehed mil-ftit ghanneja anzjani li ghannew ma ismijiet legendarji bhal, Salvu Darmanin " Ir-Rugel" ; Pawlu Seychell "L-Ghannej " . Mikiel Abela " II-Bambinu", Pawlu Degabiriele " II-Bies", Zaren Mifsud "ta Vestru", George Cremona" il-Jocc", u hafn'ohrajn.

Barra li kien ghannej ta kwalita, Manwel Sultana kien ukoll pijunir fl-istorja ta l-Ghana fl-Awstralja u kien wiehed li hadem bla heda biex zamm it-tradizzjoni tal-muzika tradizzjonali Maltija hajja f'dan il-kontinent. Sa mis-snin hamsin kien ilaqqa l-ghannejja u d-dilettanti f'darhu meta wasal l-Awstralja,

Kien pijunir ta l-Ghana fuq ir-Radju Etniku, meta flimkien ma shabu , kien wiehed mill-ewwel ghannejja li ghannew fuq ir-Radju 3EA fil programme tal-mibki Dr.Guze Abela.
Kien jiftah swali ghal ghana fejn id-dilettanti kienu jistghu isegwu l-muzika tradizzjonali, gewwa Albion; gewwa St.Albans, fejn kien jiftah " Id-Dar II-Bajda". gewwa Braybrook, gewwa Errington hall, u dan l-ahhar fil-Klabb il-gdid, tal-Klabb Ghannejja Maltin gewwa Gooding street, St Albans li infetah f-eluq zmienu.


Kien ghanna Fis-Sydney Opera House.

Kien deher fuq is-serje televizziz "The Maltese" .

Kien involut fl-ewwel diska tal-Ghana li saret FI-Awstralja.

Kien involut ukoll fil-prezentazzjoni tal-Ghana fic-Centru fil-Festival Kulturali li tipprezenta il-Maltese Cummunity Council of Victoria.
Ghamel zmien bhala l-prezident tal-KLABB GHANNEJJA MALTIN u ghadu jzomm posizzjoni onorarja fl-istess ghaqda.

Kien rebbiegh tal Manoel De Vilhena Award, ghal kontribuzzjoni kbira tieghu biex zamm l-Ghana Malti haj fl-Awstralja.

Manuel Sultana "il-Moni" miet f'Melbourne fit-28 ta' Settembru tas-sena 2003.

====

Manuel Casha