Lil-Bamboccu
(1944-2003)
Kitba ta' Mikiel Magrin "Iz-Zabbari"
Bhas-soltu
qalbna mnikkta
Bir-ragun mill-imnikktin
Ghax minn shabna wiehed wiehed
Qieghdin nigu mifrudin
Ghannejja
u kitarrsiti
Isimuni minn fejn qieghdin
Ghax ghandi ahbar hazina
Li miet l-Ghannej taz-Zabbarin
Fredu
l-Bamboccu l-laqam tieghu
Folklorist ta' hila kbira
Illi cert li wara mewtu
Jibqa' l-vojt, fil-mohh tifkira
Fil-qlub
ta' l-ghannejja kollha
U l-kitarristi ma jonqsux
Kif semghu illi miet Fredu
Minn huma dawk li ma jibkuhx
Kien
ghannej ta' fama kbira
Ghall ghannejja hagar prezzjuz
Kellu f'ghanja rispettabbli
U fuq kollox ghamurus
Minn
ihobb l-ghanja Maltija
Lil Bamboccu tatih stima
U fil-kontenut ta' l-ghana
Malta kollha bl-akbar qima
Hbieb
kellu mad-dinja kollha
Kull fejn l-ghana kien mifrux
Kemm ghal ghana u makkjetti
Lil Bambocc minn ma jafux?
Lilna
hallejt ghal gharrieda
W'anke tajtna qata kbira
Kont go qalbna w'tibqa fiha
Bhall-sigill, maghluq bl-incira
Lilek
tlift Zabbari bhali
Mhux qed nghidu bi ftahir
Imma int kont folklorist veru
Lil semmiegh tati pjacir
Fik
kellek ammirazzjoni
Illi gibtha, ma nafx minn fejn
Ghal kuragg u ghal qlubija
Tkabbar ismek, mhux ta' b'xejn
Memorji
tieghek baqali
Meta gewwa malta gejt
Ghannejna fuq it-televixin
U kullimkien mieghi komplejt
Minn
Malta infridt inn mieghek
Lejn l-Awstralja irritotnajt
Wara ftit zmien gejt tarana
B'kumpliment lilek ilqajt
Kien
ukoll bis-sahha tieghek
Sintendi wkoll b'hila taghna
Li zammejna l-fjamma tixghel
Biex jibqa mixghul l-ghana
Shabek
f'Malta gwida tieghek
Certi li jkomplu fejn hallejt
Ghax kienu mieghek marbuta
Jibqghu fejn inti bnejt
W'ahna
minn gewwa l-Awstralja
B'xi ghanja niftakru fik
B'talbna lil Mulej nitolbu
F'post li jixraqlek ipogguk
Warda
simbolu ta' l-imhabba
l-ghanja simbolu ta' l-ghannej
l-ghanja tmur fejn hi mixtieqa
ilqghu gewwa hdanek Mulej
***********
Mikiel Magrin
- Epping, Victoria
Hawn taht
jidher ic-cimiterju ta Haz-Zabbar fejn hu midfun Fredu Abela "Il-Bamboccu"