Ma dwar hamsin ilu missieri kien jghajjatli
biex nisma il-kitarri jdoqqu l-prejjem Maltin fuq ir-Rediffusion.
Forsi kien induna li avolja kont ghadni zghir, il-hoss uniku tal-kitarri
Maltin kien ser jinharaq f'mohhi u jibqa jdamdam ma tul hajti.
Niftakar lil-missieri
jghidli li dawk il-hsejjes sbih kienu qed jintnisgu mil-kittarist
"Indrin "Il-Pupa"" (Indri Brincat). Kien zmien
meta il-bicca l-kbira tal-programmi tal-ghana fuq ir-Rediffusion
kienu qed jipproducu programmi bejn nies li kienu kbr dak iz-zmien
u l-lum hums ismijiet kollosali fil-qasam tal-Ghana Malti.
Ghadni niftakar lil-Effie Ciantar jew lil-Charles Arrigo u lil-Victor
Aquilina jannunzjaw ghannejja leggendarji bhal Salvu Darmanin
'Ir-Rugel", Pawlu Seychel "L-ghannej", Gamri Spiteri
"Amletu", Zeppi Buttiegieg "In-najs", Pawlu
Degabriele "Il-Bies", Manwel Mecieqa "Is-Simmenza"
fost ohrajn. Kien zmien meta ghannejja bhal Mikiel Abela "il-Bambinu"
u l-ghawdxi Fredu Spiteri "ir-Revarist" bdew jifthu
triqat godda fil-qasam tal-muzika poplari permezz ta makkjetti
u kanzunetti umoristici.
Kullant nipprova nimmagina fejn seta johodni
dan l-interess kieku komplejt hajti f'Malta, imma ma kellux ikun
ghax fl-1963, hallejt kollox warajja u siefirt lejn L-Awstralja.
L-Awstralja li tlajt fija f'dawk is-snin kienet differenti hafna
minn dik tal-lum. Ma kien hemm l-ebda appezzament jew tolleranza
ta kulturi godda, hlief forsi jekk kienu ftit li xejn ta' origini
Anglo-Sassoni. Imma bhala teenager l-interess tieghi fl-Ghana
Malti issa kien waqa fi stat dormanti, waqt li l-muzika Rock hadet
il-prijorita fil-hajja tieghi.
Kien zmien il-Beatles u il-Merseybeat, u liema teenager li kiber
f'dawk iz-zmieniejiet, ma giex milqut minn dik l-epoka ta muzika?
Wara hamsa w'ghoxrin sena fix-xena muzikali
ta Melbourne u bosta esperenjenzi utli fil-qasam tar-recording
kien wasal iz-zmien biex nimxi triqat ohra.
Kien f'dan iz-zmien li hassejt li wasal il-mument biex napplika
dak li kont tghallimt fix-xena tal-muzika poplari u nibda nigbor
recordings tax-xena tal-Ghana f'Melbourne. Il-bicca l-kbira tal-Ghana
kien isir fid-djar dak iz-zmien, fl-istess hin l-Ghana kien isoffri
stigma li dejjem sofra f'pajjizu. Ta min jghid li fl-Awstralja
l-Ghana kien ibghati minn stigma doppja, wahda bhala forma ta
muzika etnika europej f'ambjent Awstraljan u ohra fil-kommunita
Maltija stess li dejjem zammet certu distanza minn dan il-generu
ta muzika. Dan ikkawza lix-xena tal-Ghana tmur "semi-underground"
u jekk ma jkollikx kuntatt min gewwa, rari kont issib mezz biex
tgawdi saghtejn ghana.
Kienet is-sena 1985 meta bdejt ingorr il-four-track
reel-to-reel recorder biex nirrikordja l-ewwel ezempji tal-Ghana
f'Melbourne. Waqt li l-istorja il-lum hija twila wisq biex ninkludi
hawn, kien hemm bzonn li jigi stabblit bidu biex wiehed jifhem
ahjar, l-impatt li l-Ghana u l-Prejjem Maltin ghandhom fuq nies
li mhux imwieldin Malta u li ma kibrux f'ambjent Malti. B'hafna
ghajnuna mil-organizzaturi tal-Ghana flimkien mal-kitarristi u
l-ghannejja, il-bieb infetah u min dak in-nhar inqbadt f-tellieqa
kontra l-hin
biex nigbor kemm
nista.
Sa certu pont l-ghan tieghi irnexxili ghax gbart recordings ta
ghanenjja u kitarristi li il-lum m'ghadhomx maghna u nghodd dan
ix-xoghol bhala tezor li m'ghandux prezz. Id-daqq a Guzeppi Scerri
"It-Toto", id-daqq ta Peppi Pulo "ta Frawla"
flimkien ma l-vuci tieghu jirrakkonta fuq l-Ghana qabel u wara
l-gwerra. Diskursati twal mal-Ghannej Hal-Luqi Jimmy Camilleri
"Tal-Fjur" fost ohrajn. Madankollu nemmen li wasalt
fix-xena 40 sena tard u hafna milli kien sar mis-snin 50 l-hawn
intilef ghal dejjem.
Dan gielni nirrifletti li hemm bzonn nies ohra biex jiddokumentaw
u jaghmlu ricerka fuq dak li kien ghaddj fix-xena lokali. Haga
tal-ghageb l-ghajnuna giet minn nies li l-bicca l-kbira twieldu
fl-Awstralja. Naturalment dawn sabuni permezz tal-Internet u talbu
l-ghanjnuna tieghi fir-ricerka w-listudju taghhom, imma l-beneficcju
kien miz-zewg nahhat. Min nahha tieghi, issa hassejt li hemm minn
beda xoghol siewi fuq l-Ghana Malti fl-Awstralja u minn nahha
taghhom setghu jutilizzaw dak li rnexxili nigbor fir-ricerka u
l-gabra ta ghana, daqq u intervisti mal-Ghannejja.
Kont ukoll ixxurtjajt li l-programmi fuq ir-radju li nipprezeta hawn f'Mlbourne "Ir-Rokna Tal-Ghana Malti" laqqani mal-bicca l-kbira tal-Ghannejja Maltin li jzuru l-Awstralja. B'hekk stajt naghti popularita lil-Ghannejja li jigu jzuruna minn Malta u fl-istess hin setghu jzommuna 'nformati fuq ix-xena tal-Ghana f'Malta.

Ritratti: 1: Indri Brincat "Il-Pupa" ma shabu meta rebhu il-premju tal-prejjem fil-Buskett.
Ritratt 2: Il-Group Arnhem ta Manuel Casha fis-snin tmenin. Mix-xellug Graham Gould, Harry Richmond, Geroge Casarotta u Manuel Casha bilqieghda.
Ritratt 3: Mix-xellug Cikku Camilleri, Guzeppi Scerri "It-Toto" u Salvu Vassallo 'il-Begigga".
Ritratt 4: mix-xellug guzeppi Azzoppardi "ras il-Baghal", Leli Sultana 'Il-Moni", Mikiel Abela "IL-Bambinu", Lippu Gauci "tal-Imqabba" u Kalcidon Zammit.
Ritratt 5: Neriku Camilleri 'ta' Sponos" akkumpanjat minn uliedu Tony fuq ix-xellug u France fuq il-lemin.


Meta gejt mistieden mil-ghaqda The Maltese
Historical Association (Australia) biex inkellem il-membri taghhom
fuq l-Ghana Malti nhar it-tlieta is-17 ta' Gunju go c-Centru Malti,
hassejt li hawn kelli apportunita biex mhux biss naghti nformazzjoni
fuq il-muzika tradizzjonali Maltija, imma biex nintroduci studenti
godda li ghazlu l-Ghana u L-Prejjem Maltin bhala is-suggett tat-tezi
taghhom.
Il-Maltese Historical Association hija ghaqda li ffurmat f'Melbourne
xi ghaxar sni ilu u li tistieden kelliema li huma f'pozzizzjonijiet
responsabbli u eminenti fit-tmexxija tal-poplu Malta kemm f'Malta
u fl-Awstralja. Ghal din il-prezentazzjoni stiedint lil:
1. MaryRose Grech, li tinsab fl-ahhar sena
ta Bachelor of Music Degree fl-Universita ta Melbourne, li qed
taghmel reicerka fuq l-Ghana Spirtu Pront u il-tibdil tieghu f'ambjent
Malti/Awstraljan.
2. Lil-Kevin Bradley li huwa il-Manager of Digital Audio Preservation
Resources fin-National Library of Australia. Kevin li gie minn
Canberra ghal din il-lejla kien jifforma parti integrali mil-Folklife
Project' li kien ghamel Dr.Barry York.
3. Lil Fredu Cachia, maghruf bhala Fredu "L-Fra" li
huwa poeta/ghannej/kitarrist prim/vici president tal-Maltese Literature
Group u ragel ta bosta snajja u talenti.
4. U fl-ahhar nett lil Eve Klein, mill Universita ta Macquirie
go New South Wales li tkellmet fuq il-kommunitajiet tal-ghana
fl-Awstralja.
Iddicidejtna li nsemmu l-progett "Maltese
Ghana - A community within a community"
L-isem jirrifleti is-suggetti li hejjew il-bicca l-kbira tal-kelliema.
Ta minn jghid l-maggoranza gew minn Sydney u Canberra spejjes
taghhom, waqt li prezenti wkoll kien hemm Jeff Galea mil-Universita
ta' Woolongong li bhalissa qed jahdem fuq projett orkestrali bhala
parti Masters Degree. Jakkunpanjah kien hemm il-Professor Stephen
Ingham li barra li onorana bil-prezena tieghi staqsini bosta mistoqsijiet
fuq it-temi tal-Ghana.
Ftaht il-lejla billi spjegajt xi terminologija
kommuni bhal Ghana, Ghannej, Prim, Prejjem, Kitarra, Kitarristi,
akkumpanjament, serata etc. Ghal dawk li jbobbu l-ghana dawn huma
kliem kommuni u ovvji imma ghal dawk li ma jsegwux l-ghana jew
m jitkellmux bil-Malti, kien hemm bzonn li wiehed jaghti spegazzjoni.
Komplejt billi tajt ezempji ta tipi ta Ghana l-aktar maghrufin,
bhal Ghana Spirtu Pront, Ghana Tal-Fatt, Ghana fil-Gholi, l-Ghana
Maqsum, Ghana tal-Banju. Harist ukoll lejn id-diski tal-ghana
u urajt ukoll video ta' intervista ma Indri Brincat 'il-Pupa"
fil workshop tieghu go Hal-Qormi. Qsamt ukoll is-sinifikanza tal-mument
wara hamsin sena nammirah.
L-ideja kienet li darba 'ssettjajt il-fundumenti pricipali, is-suggetti
li jigu wara jkompli jibnu fuq is-suggett tal-lejla.
Bhala ezempji uzajt Audio, video u transparencies.
It-tieni tkellmet MaryRose Grech li tghix go
Diggers Rest fit-tramuntana ta' Melbourne u li gejja minn genituri.
Grech qaltilna li sakemm hi bdiet turi interess fl-Ghana, bhala
parti mil-istudji akademici taghha, omma w'missiera qatt ma ddiskutaw
l-Ghana fil-prezenza taghha. Darba urit interess u bdiet tistaqsihom
fuq din il-muzika, sabet kull ghajnuna minn ghandhom u anki 'pproducew
bosta cassette tapes li kienu mizmumu minn missiera imma qatt
ma kien idoqqhom quddiemha. Dan kien punt interessanti u li hi
addatat bhala parti mil-harsa lejn il-kommunita u ir-reazzjoni
taghha f-ambjent li hu barra mil-element nazzjonali tieghu.
Fid-diskors taghha urit certu thassib ghal futur tal-Ghana f'din
l-art u spjegat li l-interess mhux qed jizvolgi fit-tieni generazzjoni
ta Maltin f'dan il-pajjiz.
Ghalkemm certu punti li qajjmet MaryRose x'atarx tefu dubji fuq
l-ezzitenza tal-Ghana Malti fil-futur, komplit tassocja dan mal-problema
tal-lingwa, li qed tbaghti l-istess problemi fost il-generazzjonijiet
inwieldin hawn. Hija tkellmet b'konvinzjoni u twemmin fir-ricerka
taghha u wiehed jistenna li permezz tal-istudji taghha tista tghin
biex wiehed jifhem ahjar il-problemi li tiffaca il-lingwa u l-kultura
Maltija fost il-Maltin imsiefrin.
It tielet kelliemi kien Kevin Bradley, li skopra
l-Ghana u l-Prejjem meta kien jifforma parti mit-tim ta' Dr Barry
York fil-"Folklife Project". B'wiccu minn quddiem Bradley
qerr mal-udejenza "I fell in love with Ghana Music".
Meta Dr York tallabni biex norganizzalu "Ghana Music samples"
ghal dan il-progett hdimt fil-qrib ma Kevin. Morna fis-swali tal-Ghana
lokali, fid-djar privati biex nitkellmu mal-kitarristi u dawk
li kienu jahdmu l-kitarri tal-Ghana. Gbarna bosta tipi ta Ghana
bil-kooperazzjoni tal-klabbjiet u l-organizaturi .
Imma Kevin huwa studjuz u akadmiku wkoll. Fit-Tezi li 'pprezenta
bhala parti mill-Bachelor of Arts (Honours) in the school of Archeology
and Anthropology, faculty of Arts, Australian National Univesity,
li semmija "The Weight of Sound" tkellem fuq l-astetika,
l-istatus u l-modi ta prezentazzjoni. Spjega kif ghal l-Ghannej
l-ghana mhux biss mezz ta passatemp jw delizzju, izda mod kif
jinzamm fis-socjeta li jghix fiha. Hares ukoll lejn ir-rwoll tal-Kitarristi
u iddistingwa l-pozzizzjoni socjali taghhom fil-kommunita tal-Ghana.
Barra li tkellem fuq ix-xogholjiet li hemm mizmuma fil-Librerija
Nazzjonali u kif l-istudent jista jilhaqhom u jihu l-informazzjoi
migbura.
Fl-ahhar nett Kevin pprezenta numru ta katalogi lil-prezident
tal-M.H.A Mrs. Francis Bonnici, u b'hekk infetah bieb iehor ta
'nformazzjoi ghal istudjuzi Maltin.
Fredu Cachia kien ir-raba kelliem. Cachia ghamel
id-diskors tieghu bil-Malti u tkellem mill-esperenja hajja li
ghandu u kellu bhala daqqaq u ghannej Malti. Fredu li hu maghruf
bhala Fredu 'L-Fra" fost l-ghannejja, qasam maghna l-esperjenzi
tieghu ta tfulitu f'Haz-Zubbug fejn flimkien ma missieru kien
imur jisma ghannejja tal-klassi ta Manwel Cilia fil-hwienet ta'
rahaltu.
Fredu spejga li l-ghana sofriet certu indinjitajjiet li sfortunatament
waqqu stigma fuqha, imma l-lum il-gurnata hija parti mil-identita
Maltija u m'ghandnix nibqu nharsu lejh bhala "delizzju tal-baxx"
kif kienu jirriferu ghalih fl-imghoddi. Il-lum l-ghana jigbed
l-attenzjoni ta generazzjonijiet u studjuzi godda, kif infatti
sar f'dik il-lejla stess.
Fl-ahhar tkellmet Eve Klein li hija assitant
Lecture fl-universita ta Macquarie u li qed tisdudja l-effett
li l-Ghana ghandu fuq il-lingwa u l-kultura Maltija fl-Awstralja.
Eve li gejja minn missier Ingliz u omm Maltija, qed tisduja l-muzika
klassika u stqarret kif hasset il-gibda li tfittex l-eruq taghha
permezz tal-istudju taghha fil-muzika tradizzjonali. Hija haga
ftit rari li fit-tficcija ta l-identita taghha ghazlet l-ghana
bhala l-mod ta ricerka. Hija qalet kemm zvelat nahhiet tal-karrattru
Malti li sabet fil-zijiet u l-familjari taghha li bla eccezzjoni
ma kienux isegwu l-ghana. Qajjemet punt interessanti meta qalet
li hafna Maltin li telghu l-Awstralja fis-snin 50,60 u 70 issagrifikaw
hafna affarijiet biex jghaddtaw ruhom flambjent gdid Awstraljan,
imma il-kelma sagrificcji tapplika wkoll ghal uzanzi u l-kultura
li ssagrifikaw biex jassimilaw fil-populazzjoni Awstraljana.
Dawn is-saggrificcji holqu problemi ta identita ghal Maltin waqt
li nazzjonijiet ohra bhal Griegi u t-Taljani qatt ma cedew dak
li gabu maghhom li ghandu x'jaqsam mal-identita nazzjonali taghhom.
Komplit tispjega kif l-Ghana jipprovdi mezz kif hafna Maltin li
abbandunaw l-identita taghhom fil-bidu issa jsibu l-Ghana Malti
bhala mezz kif jintegraw ma dak li hu Malti f'atmosfera purament
Maltija.
Il-Lejla spiccat b'numru ta mistoqsijiet mill-udjenza li ghal ewwel darba harsu lejn l-ghana bhala aktar minn mezz ta Muzika u delizzju, imma wirt Malti li jiddistingwia minn nazzjonijiet ohra. Wiehed ma jistennix li dawk kollha li attendew gew ikkonvertuti u ser jibdew jattandu s-swali tal-Ghana f'qasir zmien, imma jekk il-prezentazzjoni ghollit il-apprezzament tal-wirt muzikali Malti u il-Lingwa Maltija allura wiehd ikun sodisfat li intlahaq l-ghan ta din il-lejla.
Nirringrazzja lil Prezident Mrs. Frances Bonnici u lis-segritarju Mr.Joe Borg ta xoghol siewi li qed jaghmlu permezz tal-ghaqda taghhom, The Maltese Historical Association.
Manuel Casha
24 June 2003