
Din hi l-ewwel kitba tieghi dwar xi osservazzjonijiet li ghamilt dwar is-sengha ta' l-ghana. Ktibt dan l-artiklu l-aktar ghal min irid jitghallem dwar l-ghana jew irid ikun jaf aktar fuq dal-wirt taghna l-Maltin.
Jekk isir paragun mal-kant jew mal-poezija, l-ghana hi meqjusa minn hafna bhala t-tfajla ta' anqas gmiel minn hutha x-xebbiet, jew kif isibuha l-Inglizi, bhala s-Cindirella tal-poezija. Jiena ma naqbilx ma' din il-fehma.
Mela nibdew b'ezempju:
Fost il-hut li hemm fil-bahar
Mill-gharusa sal-burqax.
L-aghar haga li hawn fid-dinja
Meta z-zwieg ma jiltaqax.
1. L-ewwel u t-tieni vers ta' l-ghanja (il-varjata ta' hut fil-bahar) ghandhom hsieb wiehed izda differenti ghal kollox mit-tielet u mir-raba' vers (zwieg fi krizi). M'hemm ebda rabta bejn il-vrus.
L-ewwel u t-tieni vers ta' l-ghanja qeghdin hemm BISS biex jinholoq il-paragun. Fl-osservazzjoni tieghi, din l-istruttura ta' zewg hsibijiet f'paragun wiehed nahseb li hi fundamentali fl-ghana.
Il-qofol jew il-punchline ta' l-ghanja x'aktarx jinstab fir-raba vers, u gieli fl-ahhar kelma tar-raba' vers, li naturalment din il-kelma (MA JILTAQAX) trid dejjem tohrog taqbel ma' l-ahhar kelma tat-tieni vers (BURQAX). Ir-rima hija a, b, c, b.
Min jisma' l-ghana dejjem jistenna taqbila. Jekk ma jirnexxilekx tqabbel, m'intiex meqjus bhala ghannej kapaci.
Gieli qrib it-tmiem ta' siegha ghana spirtupront bejn erba' ghannejja, fejn l-ghannej ikun irid johloq xi 20 vers f'temp ta' tlett kwarti ta' siegha, il-mohh jixxotta xi ftit, l-aktar f'xi whud li mhumiex meqjuza zwiemel fl-ghana.
Dwar il-htiega ta' tqabbila, l-ghannejja gieli sefsuli f'widnejja [biex nisma' jiena biss] . li halli tghawwigha, imma ta' l-anqas, qabbilha.
Naf xi ghannejja makakki li jghawwgu l-kliem, u inti tahsbu xi kliem djalettali, jew li jghiduh f'xi rhula biss, u tghid, mela jien ma fhimtix din il-kelma.
Darba ssikkajt ghannej habib u stqarrli .. li xi darba jkollok taghmel li ma tridx. Kien stqarrli sigriet professjonali u qalli biex ma nghid lil hadd.
It-taqbila kellha importanza aktar fil-poezija klassika milli ghandna llum fil-poezija moderna. llum jiktbu poeziji fi vrus hielsa u mhux vrus regimentati. Imma fl-ghana l-importanza tat-tqabbila baqat hemm.
2. L-ghana fiha loghob bil-kliem. Gharusa hija xebba li qed tahseb ghaz-zwieg izda il-kelma hija wkoll isem ta' huta.
3. L-ewwel vers jaghti l-impressjoni ta' varjeta kbira ta' hut fil-bahar [fost il-hut li hemm fil-bahar] ipparagunat ma' zwieg fallut wiehed biss.
4. L-ghana fiha element ta' kurzita. X'inhi l-agharr haga fid-dinja? Is-semmiegh irid jistenna ghall-ahhar kelma jew l-ahhar kelmtejn.
Mela ja qarrej, halli nqabbilek ghanja cajtiera, niggieza u nieqsa mill-ugwaljanza bejn l-irgiel u n-nisa.
O zmien helu ta' l-imghoddi
Meta r-ragel kellu d-dritt konjugali.
Issa l-mara l-qalziet libset
Ixxelfet il-paci matrimonjali.
Insomma, issa qed nohrog mis-suggett li nispjega s-sengha ta' l-ghana. Qed naghmel dak li ghannej m'ghandu qatt jaghmel. Fil-lingwagg ta' l-ghannejja, qed naqbez mil-linja.
Meta tghanni spirtupront, ma tista' QATT u QATT titbieghed mis-suggett li jkun ghannielek siehbek. Dan meqjus bhala zball kbir. Ghalhekk jissejjah spirtupront ghax hija risposta ghat-twegiba ta' qabel li l-ghannej siehbek ikun ghannielek f'anqas minn 13 sekonda hsieb, bejn ghanja u ohra. Ghalhekk qeghdin hemm il-gitarri. Daqshekk hin ikollu l-ghannej ghar-risposta.
Ghalhekk uhud mill-ghannejja jdumu ma jidhlu fis-suggett ghax dment li taqbad suggett, trid tkompli fuqu, trid tizvillupah, tirbattih, turi hiltek kemm tifhem fih, ecc.
Jekk tohrog mis-suggett, siehbek jghannilek botta biex jurik li nzilt skaluna mis-sellum ta' kapacita` u issa huwa jinsab minn fuq. Jiksrek ma' l-udjenza li tkun qed issegwi. Ghax m'hemmx simpatija fl-ghana. M'hemmx rispett. Bhal ma jghidu l-ghannejja, meta titla wara l-gitarri biex tghanni, trid tkun tiflah ghas-swat.
Xi ghannejja jaqbdu kelma mill-ghanja ta' qabel, u jibnu fuqha jew madwarha. B'hekk ikollhom mohhom mistrieh li ma qabzux il-linja.
Nista' nibdel l-ewwel l-ghanja dwar il-hut fil-bahar u zwieg fallut, hekk
Fost l-akkademici kapaci fi NZ
Mill-Imqabbija sal-Gudjana Dalli.
L-agharr haga li hawn fid-dinja
Meta l-intellettwali jfalli.
Din l-ghanja ghandha rabta eqreb bejn iz-zewg hsibijiet u aktar, nahseb, forsi tixbah il-poezija fejn m'hemmx paragun bhal fl-ghana. Forsi tixbah l-ghana tal-fatt. Qabel ikolli nistaqsi [lilek ja qarrej] jew nuri dan id-draft lil xi ghannejja veterani biex inkun cert.
Issa, ser nibdilha biex ikun hemm kuntrast aktar qawwi:
Fost l-akkademici kapaci fi NZ
Mill-Imqabbija u l-Gudjana Dalli
L-ikrah haga li hawn fid-dinja
Meta l-bahnan bil-kbir ifalli.
Din fiha ftit aktar forza. Hemm kuntrast bejn l-akkademiku u l-bahnan. Hemm kurzita x'inhi l-ikrah haga u li tfalli. Fiha nibxa hafifa, b'mod generali, u jekk l-ghannejja qed jghannu fuq x'hadd, li l-udjenza tkun taf ghal min qed jalludi (l-Imqabbija jew il-Gudjana) ikollha tifsira ikbar. Jew dahqa. X'hemm aktar realistiku milli tara l-bniedem ta' l-iskola jew l-akkademiku jizloq fin-nixef. Taghmel sens ghalik, ja qarrej dilettant ?
Festa bla qubbajd mhix festa. Isma' din l-ghanja bejn zewg mahbubin, fejn l-gharusa tohlom biz-zwieg fil-qrib.
U l-qubbajd li tajtek jiena
Kollu lewz, kollu gulglien;
U dis-sena kiltu wahdek,
Sena ohra nikluh flimkien.
Lerba'vrus ghandhom hsieb wiehed u maghqud; fil-fatt hi sentenza wahda. Innota s-semi-colon u l-punchline fl-ahhar kelma... flimkien.
Hija haga ovvja li t-tielet vers ifisser li l-mahbubin jaghtu rigal ta' qubbajt waqt in-namur u r-raba' vers ifisser li wara li jizzewwgu, ihallas ir-ragel u tiekol il-mara wahedha (nibxa niggiesa).
Ghanja ohra mis-Sannat Ghawdex.
Viva Santa Margarita !
Il-patruna tas-Sannat.
Kulhadd ighajjat b'vuci wahda
Sal-bebbux ta' gewwa l-blat !
Dik l-ghanja m'ghandiex kuntrast bejn iz-zewgt
ivrus, anzi tghaqqadhom fi hsieb wiehed.
Ja qarrej li thobb l-ghana, ma tahsibx li l-qawwa qeghda fil-kelma
bebbux? Jew fil-kelmtejn vuci wahda ? Jew fit-tnejn ? Ghanja li
fiha pattrijotizmu parrokkjali mill-ifjen !
Mill-ghanja romantika, se naghtik ghanja kiebja li laqtet lil
hafna nisa Maltin kagun is-safar ta' bilfors ta' zwieghom ghall-ghejxien.
Mart il-bahri dejjem tibki,
Aktarx armla nkella mizzewwga.
Jekk tara l-bahar titniehed
Tghid: Xortija kemm hi sewda.
Ohra dwar il-firda tas-safar. Ir-ragel isellem lil martu qabel ma jitlaq:
Jiena hanina sejjer insiefer,
Sejjer insiefer ma nihdokx mieghi
"Mur u ejja bis-sliema
Alla jzommok fl-imhabba tieghi".
Dina ghanja minn Hal-Luqa dwar l-imhabba u s-safar.
Jien sefirt u smajt bi gmielek,
Ghall-ewwel jien ma ridtx nemmen.
Issa gejt u rajt b'ghajnejja
U ghal urajk kif ser niggennen.
Nistieden lill-qarrejja li jaghtuni fl-fehma taghhom dwar dil-kitba tieghi u li jfissru fehimithom f'dan il-website.
Dan il-website hu monument Malti-Awstraljan haj li jawgura futuri sabih ghall-ghana f'dan il-l-pajjiz. Aghtuh is-sapport kollu taghkom.
Mark Caruana
Marzu 2002
Sors Cassar Pullicino & Camilleri Charles "Maltese Oral Poetry and Folk Music", Malta University Press 1998
