

Zewg kitarristi u zewg ghannejja
Maghna ghandna hafna dilettanti.
Il-lejla gietna din ix-xorti
Nithaddtu fuq dawn l-emigranti
Jiena nirringrazzja lil Hanin Alla
Li gewwa dina l-art qeghdin;
U nizzuhajr dina ta' kollox
Li hawn maghkom kollha t-tajbin.
Jiena hawnhekk u siehbi Leli
Gejna ha nitkellmu lil xulxin;
Nirringrazzjaw lil Hanin Alla
Lill-Maltin u lill-Ghawdxin.
Siehbi semmghilkom dan lil Malta
U jien sejjer naghmel l-istess;
Gejna hawn bil-familja biex nghixu
Go l-Awstralja ghamilna success.
Ili tmienja u erbghin go l-Awstralja
Veru li daz-zmien rajthom twal;
Fiha kelli l-ghaziza marti
U maghna ghandna sitt itfal.
Biex dal-programm naghmlu l-lejla
Hawn gejna naghmlu mill-ahjar;
Is-sitta tieghi kollha zzewwgu
U ta' siehbi l-erba' ghadhom zghar.
Jien u l-Prince iltqajna l-lejla
U sabiex nghannu ma' xulxin;
Li konna Malta u fiha nibqghu
Kien ikollna nieklu lil xulxin!
Siehbi l-Prince ghandu rasu tajba
U dak li tghid kollu nqisu;
Dina haga minn ewl id-dinja
Kulhadd ifahhar lill-pajjizu.
Gejna minn Malta go l-Awstralja
U fi zmienna kelna t-taqlib.
Imma inti l-iktar li qed jghogbok
X'hin tghanni jaghtuk ic-capcip.
Jien hawn ghidtlek li rasek tajba
U fil-ghana xejn ma qed tgharra;
Issa qieghed tfahhar lil Malta
U lil Ghawdex qtajtulna barra.
Il-lejla qlajt lil Prince biex jghanni
U lili gie jaghti l-ghajnuna;
Imma bilfors f'Ghawdex fakkartek
Ghax se naqghu baxxafortuna.
Biex naghmlu dal-programm ta' l-ghana
Mill-La Valette gejna mistednin;
Imma Malta u Ghawdex li ahna
Bil-bahar qeghdin mifrudin.
Xi pjacir qed niehu l-lejla
Nara din l-udjenza kuntenti;
Imma ftakkar li Malta u Ghaxdex
Issa gew indipendenti.
Din il-kelma li ghidtli issa
Nitolbok tghidlu dan l-ghaliex
Imma l-lingwa li ghandhom huma
U s'issa ghadhom ma tilfuhiex.
L-ahhar ghanja li ser nghanni
U ser insellem lil kulhadd;
Intom kollha Maltin bhali
U lil gzira taghna tinsew qatt!
L-ahhar wahda sejra ghal bniedem
Li jiekol bis-sikkina u fork;
Thank you very much I tell him
Dan li huwa Dr York.
Ghannejja:
Frank Saliba "il-Kuzzu", mix-Xewkija Ghawdex.
Leli Debrincat "il-Prince", mix-Xewkija Ghawdex.
Kitarristi:
Ronnie Borg mill-Gharghur Malta.
Censu Gauci mir-Rabat Malta
