Inawgurazzjoni ta' monument f'Hal-Luqa

ghal Guzeppi Camilleri "Il-Jimmy tal-Fjur"
minn Manuel Casha

Fid-29 ta' Gunju f'Hal-Luqa gie inawgurat monument bhala mafkar lil Guzeppi Camilleri maghruf bhala "Jimmy tal-Fjur". Ic-ceremonja infethet mis-Sur Bartholomew Debono li introduca lil dawk prezenti, fosthom it-tfal ta' Guzeppi, Joe, Tony, u t-tfal taghhom Melissa u Rachael, li gew Malta mill-Awstralja apposta ghal din ic-ceremonja.

Huwa fakkar li kien bhal dan iz-zmien sena li Joe Camilleri, t-tifel ta' Guzeppi "Jimmy" Camilleri, kien mar Malta ghall-vaganzi u wera x-xewqa tal-familja tieghu flimkien ma' l-ghaqda ta' Sant'Andrija fl-Awstralja u xi hbieb minn Malta li jinbena mafkar ghal Guzeppi Camilleri.

Il-hidma biex titwettaq din ix-xewqa bdiet minnufih b'laqgha mal-Kunsill Lokali ta' Hal-Luqa u s-Sindku ta' dak iz-zmien, is-Sur Michael Cachia. Dawn mill-ewwel laqghu t-talba u sabu dan is-sit fejn illum jinsab il-monument. L-ispiza kollha biex isir il-monument saret minn fondi li ngabru minn attivitajiet li saru fl-Awstralja u mill-familja Camilleri. Is-Sur Bartholomew Debono spicca id-diskors tieghu billi ta hajr ghall-appogg li ta l-ex Sindku ta' Hal Luqa, u rringrazzja wkoll lis-Sindku attwali is-Sur John Schembri u l-Kunsillieri tal-lokal talli baqghu jappoggjaw lill-progett biex seta' jsehh.

Ic-ceremonja kompliet b'diskors mit-tfajjel Daniel Debono li rrakkonta b'mod helu t-tifkiriet li ghandu ta' Jimmy Camillieri. Meta kellu sentejn, Daniel, li twieled l-Awstralja, kien jigri ma' saqajn il-Jimmy u anki kien jghidlu "nannu". Tkellem ukoll it-tifel ta' Jimmy, Joe Camilleri.

Fi tmiem id-diskorsi ta' l-okkazzjoni, il-Kappillan ta' Hal Luqa bierek il-monument. Frans Baldacchino "Il-Budaj" qara poezija li kiteb ghall-okkazjoni u c-ceremonja ntemmet bl-ghannejja prezenti jaghtu zewg kadenzi kull wiehed iddedikati lil Jimmy. Hadu sehem Fredu Abela "Il-Bamboccu", Fredu Abela "Iz-Zejtuni", Frans Baldacchino "Il-Budaj", Cikku Degiorgio "Tal-Fjur", George Degiorgio "It-tifel tal-Fjur", Salvu Cassar "Il-Hamra", Joe Busutil "Il-Buzu", Ramon Psaila "Ta' l-Ghasli" u Frans Cassar "Il-Bloqq".

**********

Introduzzjoni min Bartholomew Debono

Sur Sindku u Kunsillleri
Wisq Reverendu Kappilan
Sinjuri

Grazzi talli onorajtuna bil-prezenza taghkom illejla meta qeghdin nassistu ghal din I-inagurazzjoni ta' dan il-monument Ii jfakkar lil Guzeppi Carnilleri maghruf izjed bhala il-Jimmy l-Ghannej.
Kien bhal dan iz-zmien sena meta Joe Camilleri t-tifel ta' Guzeppi Camilleri kien gie Malta ghall-vaganzi u huwa wera x-xewqa tal-familja flimkien ma' l-ghaqda ta' Sant'Andrija fl-Awstraija u xi hbieb minn Malta blex jinbena mafkar ghal Guzeppi Camilleri.
Il-hidma taghna biex naslu ghal dan il-ghan bdiet billi morna ghand il-kunsill lokali ta' dan il-lokal u ilqajna mas-Sindku ta' dak iz-zmien is-Sur Michael Cachia u I-Kunsillier is-Sur Victor Caruana u xi kunsillieri ohra.
Dawn mill-ewwel laqghu t-talba taghna u sabulna dan is-sit fejn qeghdin il-lejla. Ahna nixtiequ nroddulhom hajr ghall-appogg li tawna u nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lis-Sindku attwali s-Sur John Schembri u I-Kunsillieri l-godda talli baqghu jappoggaw biex dan il-progett seta' jsehh.
Nixtieq naghmel osservazzjoni dwar dan il-progett. Ta' min jghid Ii I-ispiza kollha li ntefqet ghal dan il-monument, kollha saret minn fondi li ngabru minn attivitajiet li saru fl-AwstraIja u mill-familja Camilleri.
Forsi ftit huma dawk li jafu min kien Jimmy I-Ghannej peress li kien ilu msiefer l-Awstralja ghal hafna snin. Nistieden lit-tfajjel Daniel Debono biex jaghtina taghrif dwar Jimmy. Ta' min jghid li meta kellu sentejn Daniel Debono li twieled l-Awstralja kien jigri ma' saqajn it-Jimmy u anke' kien jghidlu "nannu".

**********

 

Kliem ta Daniel Debono

Min Kien?

Guzeppi Camilleri twieled f’Hal Luqa fit-23 ta Jannar 1917. Ommu Antonia u missieru Pawlu, kellhom tiett it-tfal, zewgt ibniet u tifel. Guzeppi kien il-fustani bejn iz-zewgt ibniet. Meta fl-eta ta’ sentejn mietet ommu Antonia, missierhom hadhom jghixu man-nanna taghhom Marie, Guzeppi kien jimferi ghaliha effezzjon bhala it-tieni ommu.Wara sentejn mil-mewt ta’ ommu missieru Pawlu, rega’ zzewwegg u ha lit-tfal I-ohra jghixu mieghu imma Guzeppi baqa’jghix ma nantu. Nantu Marie kienet tiehu hsiebu u tiehdu I-iskola sakemm ta’ tiettax il-sena halla I-iskola u mar jahdem.

Meta kellu tmintax il-sena sab impieg man-Navy il-Marsa. Tiett snin wara, fi 3 ta’ Novembru ta’ 21 sena dahal fl-Army mar-Royal Malta Artillery fejn ghamel 24 sena sakemm irtira bir-rank ta’ surgent. Kien involut fid-difence tal-gzejjer Maltin bhala bombardier fuq il-kanuni. Serva fbosta fortizzi bhal Sant Eirno, Binghisa, Sant ir-Rokku, u ir-Rikasli. F’dan ta’ I-ahhar Guzeppi Camilleri kien wiehed mis-suldati involuti f-azzjoni kontra l-E-Boats Taijani meta ppruvaw jidhiu fil-port fejn gherqu qrib il-Breakwater.

Fl-1 ta’Awissu 1942 huwa zzewegg lil Pawla u marru joqgholu Birzebbuga. Kellhom hamist it-tfal. Tony, Leli, Joey, Georgina u tifia ohra li mietet fit-twelid. Meta spicca mill-Army iddecieda li jfittex futur gdid ghalih u ghaU-familja tieghu. Fit-23 ta’ Awissu emigra lejn 1-Awstralja ma ibnu Leii. Erba’ xhur wara baghat ghal mara tieghu Pawla u t-tfal Tony, Joey u Georgina. Guzeppi Camilleri kien bniedem ti jigbed in-nies lejh permezz tal-personalita’ ferriha, attitudni pozitiva u dispozizzjoni allegra. Kien umoristiku u c-cajt tieghu baqa’ jissemma ma dawk li kienu jafuh mill-qrib.

Xena komuni fhajtu kienet dik li kien ikun imdawwar bin-nies jirrakkonta u jicccajta u jferrah lil ta’ma dwaru. Guzeppi kien aktar maghruf b’ "Jimmy" milli b’ismu propju. Infatti tista tghid li barra minn tal-familja kien esklussivament maghruf b’dan I-isem ta’ "Jimmy"

Huwa kien patrijot mhux biss ghal ghaziza Art twelidu, imma wkoll rahaltu, li dejjem semma bi-akbar imhabba, qima u nostalgija. F’zoghzitu ghamel zmien jilghab il-futball mat-team ta’ Hal Luqa. F’intervista li ghamillu il-mibki Dr Joe Abela fuq ir-radju SEA Jimmy irrakkonta I-parti tieghu u ta’ shabu, fl-attack tal- "E-boats" Taijani fit-tieni gwerra dinjija.

Imma Jimmy kien ukoll ghannej b’reputazzjoni tajba kemm fl’AwstraIja u anki f’Malta. Huwa kien maghdud bhala ghannej tal-quccata nett. L-ghanejja li zaru Melbourne kienu jfittxuh biex jghannu mieghu. Kiteb u ghanna il-fatt klassiku tad-Dizzgrazzja Tax-Xelter ta’ Hal Luqa. Barra li kien ghannej fMelbourne xi tietin sena ilu, dan kien rega gie ipprezentat fuq il-PBS Radio fMalta, mill famus ghannej Qormi, Cikku Degiorgio Tal-Fjur u wara xxandar fuq ir-radio 3ZZZ fMelbourne.

Dan il-fatt kien gie ippublikat fgurnal f'St. Albans fejn kien joqghod. Il-fatt jirrakonta tragedja li grat fHal Luqa meta bomba garrfet xelter u qatlet hafna nies, fi zmien il-gwerra. Bil-kitba tieghu Jimmy jaghti mera cara tal-perikiu u dbattiJ’a li sofrew il-Hal Luqin fit-tieni gwerra dinjija. Dak in-nhar tad-disgrazzja tax-xelter, Jimmy kien hemm personali jghin biexjohorgu il-feruti u I-mejtin.

Jimmy, li kien jikteb u jaqra sewwa kien is-suffragu ta’ hafna emigranti, li kien jfittxu I-ghajnuna tieghu biex jiktbilhom I-ittri ghal gheziez taghhom li hallew warajhom fMalta. Kien ukoll jaghti pariri u jghinhom fil-mili ta’ formoli ghas-servizzi socjali. Hafna minn dawn kienu Hal Luqin li kienu jfittxuh bil-kunfidenza.

Jimmy kien l-ewwel president ta’ I-ghaqda tal-Ghana fMelbourne, li kien jisimha Melita, fejn ghall-ewwel darba, I-ghana beda jsir fis-swali pubblici biex igawdih kullhadd.

Kien wiehed mill ghannejja li ghinu biex I-ghana jsir parti mill-Festival, fic-Centru Malti, permezz tal-kooperazzjoni u I-participazzjoni tieghu.

Jimmy kien wiehed mill-ewwel ghannejja (li nstemghu fuq il-programm Malti, fuq Radio 3EA. Kien gie bosta drabi fuq il-programme tal-Ghana fuq l-istazzjon 3ZZZ.

Kien ghin fit-twaqqif tal-ghaqda ta’ Sant Andrija, fMelbourne li I-llum tigbor il-Hal Luqin kollha li jghixu Melbourne u anki jiccelebraw il-festa ta’ Sant Andrija.

Jimmy kien ambaxxatur ghal Hal Luqa u ismu kien u jibqa sinonimu hawnhekk, ma Rahal twelidu, ta’ Hal Luqa.

Jimmy dejjem stqarr li waqt li kien ferhan u azzettat fil-kontinent Awstraijan kien kburi li hu Malti u lejali dejjem ghal rahal twelidu Hal-Luqa.

Jimmy miet fl-eta ta’ 77 sena fl-21 ta’ Settembru 1994 u halla jikbuh il-familja flimkien mal-kommunita Maltija, partikolarment tal-Ghana Malti, li ghadhom sal-lum ihossu il-vojt li halla bil mewt tieghu.

**********

 

Diskors - Joe Camillerin (iben Il-Jimmy)

 

"L-okkazzjoni ta' llum hija wahda tassew ta' gieh ghalija u ghall-huti u ghall-familja taghna. Ta' min jghid li ghal din ic-ceremonja gejna apposta mill-Awstralja, jiena u tifla tieghi Melissa, hija Tony u t-tifla Rachael.

Kien f'Awissu ta' l-1962 li missieri - Guzeppi Camilleri jew kif kontu ssibuh hawn f'Hal-Luqa "il-Jimmy tal-Fjur" emigra lejn l-Awstralja. Minn dak in-nhar ghaddew 36 sena u allura nahseb li ftit huma dawk li kienu jafu dwaru.

Illum grazzi ghac-ckejken Daniel Debono nghatajna hafna taghrif dwaru w allura jien jibqghali li nghid biss li Guzeppi Camilleri kien jiftahar bir-rahal ta' Hal-Luqa u kien ihossu fortunat li kien twieled f'Hal-Luqa. lzda fuq kollox huwa gab unur lil Malta u lill-Maltin kollha fil-pajjiz barrani li emigra fih.

ll-monument f'gieh missieri qatt ma kien jasal biex isir kieku ma kienx ghax-xoghol u l-ghajnuna ta' diversi persuni. Nixtieq niehu l-opportunita' biex inrodd hajr lil dawk kollha li b'xi mod taw is-sehem taghhom f'dan il-progett.

Nibda biex nirringrazzja lill-hbieb li kellu missieri ghall-ghajnuna u r-rispett li wrew lejna. Nirringrazzja lil Joe Vella "il-Boxer" li organizza serata ta' ghana f Sydney fejn saret l-ewwel gabra ta' fondi biex dan il-monument ikun jista jsir.

Inrodd hajr ukoll lil Salvu Brincat "il-Hajbru" u Salvu Galea "il-Kalora" ta' l-Albion Club fil-Victoria. Lil George Aquilina "iz-Zghir", Leli Sultana "il-Moni" tal-Club ta' l-ghannejja ta' St Albans fil-Victoria. Ringrazzjament iehor imur ghal Joe Camilleri "ta' Gannina", il-president tas-Sodal Club ta' Sant Andrija fil-Victoria u ghall-membri kollha ta' dan il-Club. Wiehed minn ta' l-ewwel li hareg bl-idea li jsir dan il-mafkar hu Jonah Caruana "tat-Tobi" u lilu wkoll nixtieq nirringrazzja kemm ghall-idea kit ukoll ghall-hidma tieghu. Grazzi wkoll lill-ghannejja u l-kitarristi u d-dilettanti kollha li hadu sehem biex jingabru l-fondi ghal dan il-monument.

F'dan il-mument ma nistax nonqos li nsemmi lil Manuel Casha ta' l-SBS Radio Melbourne li nista' nghid li sibtu ta' ghajnuna kbira. ll-hajr taghna jmur ukoll lejn il-kugina tieghi Joyce Debono u lir-ragel taghha Robbie ghax-xoghol li ghamlu biex jasal dan il-jum u ghall-pacenzja li qed jiehdu bina hawn Malta.

Prosit lill-iskultur Ganni Bonnici li minn hawn u ftit iehor tkunu tistghu tapprezzaw l-artistrija tieghu u nirringrazzja bil-quddiem lil Fredu Abela "il-Bamboccu" u lil Cikku Degiorgio "tal-Fjur" ghall-organizazzjoni taghhom il-lejla biex din ic-cerimonja taghlaq bi-ghana, kit jixraq meta qed insellmu lil wiehed mill-aqwa ghannejja li kellha Malta.

Fl-ahharnett, ghalkemm zgur mhux b'inqas nirringrazzja lis-Sindki, tal-passat u tal-prezent u lill-kunsillieri ta' Hal-Luqa u lilkhom Sinjuri li onorajtuna bil-prezenza taghkom il-lejla biex taghtu gieh lil-missieri."

********

Poezija ra France Baldacchino "Il-Budaj"

 

Guzeppi Camilleri "Jimmy Tal-Fjur"

Jimmy and his wife Pawla