JIEN MHINIX POETA
minn George Aquilina "Nofs
Il-lejl"
Biex tkun xi poeta
Trid tikteb bil-qies
Tkun gharef u bravu
Biex tifhem lin-nies
Ma nafx nikteb sewwa
Mhinix letterarju
U anqas naf skola
Kittieb ordinarju
Inharbbex xi strofa
Gieli maqdruhili
La mhinix poeta
Semplici qabbieli
La mhinix poeta
Qatt ma qlajt tihir
Anzi il-kuntrarju
Nircievi tmaqdir
Jekk nikteb xi haga
Biex ngheda id-dar
Inzomma mohbija
La mhinix skular
Ghax bex tkun poeta
Trid tikteb fit-tul
Jien mhinix kapaci
Nikteb vers mahlul
Jew sabiex timtghogob
Trid tidhol fil-fond
Mhux taqbad u thazzez
l-kwardru u t-tond
Ghax biex tkun poeta
Trid tisahar fil-kwiet
Mhux taqbad u tharbex
Xerbgha tqabbiliet
Trid tihu il-fama
Lejk tigbed il-qima
Toqodx tikkonfondi
Biex izzomm ir-rima
Xjiswa li fi vrusi
Insib it-tqabbil
Ghax biex tkun poeta
Trid tuza kliem tqil
Nipprova kemm nista
U nigi skartat
Ghax ma tghallimtx skola
Bqajt illetterat
Tiktibx fuq qaddiesek
Fuq genna winfern
Kitbitek sawwara
Fuq il-vers modern
Xhin izzurni l-muza
Kliem insib gelgul
Imma minghajr sugu
Mhux bil-mahlul
Biex bhal ohrajn naghmel
Ghanqas ghandi hila
Inharbex xi ghanja
Insib xi taqbila
Biex neduka ruhi
Anqas kelli xorti
Xhin nersaq biex naqra
Nidhol go qoxorti
U mhux bhal ma jghidu
L-ghana tal-marmalja
Ghax hu folklor Malti
Bhekk dahal fl-Awstralja
Izzurni il-muza
Xi darba kulltant
Inqabbel xi strofa
Ghax jien dilettant
Bkitbiti mhux mghaggel
Nohoda bil-qajla
U anqas nghodd ruhi
Ma xi Dun Karm Psaila
Nikteb xi zewg strofi
Ilmuza il-htijja
Nixtieq li jghallmuni
Nikteb poezija
Jien mhinix poeta
Kitbiti hafifa
Imma qalbi tajba
Kuxjenza nadifa
Il-ftit vrus li nikteb
inzommhom indaf
Jien ftit tghallimt skola
Niddobba bli naf
Ghax lili baghtuni
Go skola ordinarja
Harguni kont ckejken
Ma mortx sekondarja
La mhinix ta stoffa
Ma nistax nghid hekk
Ghax biec tkun poeta
Trid tilbes il-glekk
Jekk ma taqbilx maghhom
Ikrah ipenguk
Tolqothom bxi versi
Malajr imaqdruk
********