
Is-snin bikrin ta wara l-gwerra kienu snin ta bini ta' fundazzjoni
mhux biss tal-bini li kien iggarraf fi zmien il-gwerra, imma ta'
hajjiet godda ta tfal imwieldin wara l-gwerra, li id-dinja baqghet
tirreferi ghalihom bhal "baby-boomers"
Kien f'dan iz-zmien li ommi u miessieri gew jghixu il-Kalkara
meta jien kont zghir wisq biex nifhem x'kien ghaddej minni. Hajti
f'Malta niftakara biss il-Kalkara, ghalkemm kont twielidt il-Birgu
f'nofs is-snin erbghin.
Il-familja tieghi azzetaw f'dar go Triq Rinella fejn kbirt
flimkiem ma huti. Jien u hija Joe kbirna ma numru ta tfal ta tamparna,
l-ewwel meta konn
a nattendu l-iskola
gos-sinja u il-muzew go Triq Santa
Filomena. Dak iz-zmien konna niffurmaw parti minn fraternita ta'
tfal li kienu jaghmlu kollox flimkien. Sew jilghabu il-ballun,
imorru l-iskola, jilghabu fid-djar ta xulxin u ommijitna dejjem
darrewna biex nattendu il-knisja. Infatti il-knisja kienet tilghab
parti kbira minn hajjitna u hafna min dawk li kibru il-Kalkara
fis snin 50 u 60 jew kienu abbatini, jew involuti b'xi mod jew
iehor fl-attivitajjiet li kienu jsiru ic-Cirklu jew fil-knisja
l-qadiema, li konna nirreferu ghalija bhal Il-mahzen. Hafna mil-attivitajiiet
artistici bhal teartrin jew gruppi muzikali kienu l-ewwel inspirazzjoni
taghna fil-qasam muzikali, letterarju, jew tal-palk. Hemm gejna
imghammda, ghamilna l-ewwel tqabina, u ffurmajna il-karattru taghna.
Il-knisja kienet il-polz tal Kalkara u meta fis-snin 50 ghamel maltemp kbir u il-knisja erqet, dawk ta' tampari jiftakru lil-Dun Spir jaqsam ghal artal bil-frejgatina biex isalva il-kalci u is-sagrament maghluq fit-tabernaklu. Dawk kolha li jiftakru dan l-episodju, kienu, u ghadhom hbieb tieghi sal-lum. Ghax ahna konna grupp ta tfal li kbirna f-rahal li kien fid-dell tal-kobor tal ibliet tal-Cottonera fejn zvolgiet parti kbira mil-istorja t'Art twielidna. Imma l-Kalkarizi qatt ma ghixu fid-dell tal-ibliet u dejjem aspiraw biex ihabbtuha ma l-aqwa u l-ahjar. Hemm bosta nies mil-Kalkara li urew l'trobbija taghhom fil-kalkara imliethom bl-isperazzjoni biex jilqu kull sfida fil-hajja u juru li huma denji li jilhqu livelli mil-ghola nett.
Meta fi tfulitna mbghad kien hemm hsieb li tinbena knisja
gdida, hafna kien setghu jaqtu qalbhom kieku ma kienux Kalkarizi,
imma bhas-soltu in-nies tal-Kalkara, ommijietna u missierijtna,
taht il-patrocinju tal-mexxejja spiritwali ta dak iz-zmien, laqghu
l-isfida ghal darb'ohra biex il-lum il-knisja tal-Kalkara hija
wahda li taghmilna kburin. L-istess meta kien hsieb li jsir tim
tal-Futbol, jew l-ewwel kompetizzjonijiet tas-Subbutteo li kien
hawn f'Malta, jew tim tal-Crikit, jew tlilaq tad-Dghajjes. Ir-rahal
zghir tal-Kalkara dejjem wera li l-ispirtu li kien jezizti fil-pajjiz
kien wihed ta
ottimizmu u success
minkejja ic-cokon tal popolzajoni tieghu. Meta mbghad il-familja
tieghi marru joqodu fi Triq San Mikiel jien u hija Joe bdejna
kapitlu iehor f'hajjitna, fejn konna grupp t
a
zaghzagh li ghal darb'ohra bqajna hbieb tul omorna u kbirna qisna
ahwa. Ironikament Trqi San Mikiel kien il-post fejn darba kien
hemm il-knisja l-qaddiema li kienet iggarfet fil-Gwerra.
Il-lum ili nieqes mil-Kalkara fuq 40 sena, ghandni nghodd lil hbieb li kbirt maghom, bi hbieb tal-qalb, u kull meta ninzel Malta minn zmien ghal zmien, dejjem niltaqu u ngeddu dawk iz-zmienijiet ta tfulitna u zoghzitna fil-Kalkara.
Ghax ghalkemm kollha infrixxna ma dwar Malta u mal erbat irjieh tad-dinja, nahseb li bhali baqu jghoddu Il-Kalkara bhala darhom. U ghalkemm xi hud minn dak il-grupp ta tfal m'ghadhomx maghna, jibghu dejjem maghna hajjin fil-memorja, ghax il-Kalkara kienet u tibqa post li nsejhu darna.