IL-BIEB TAD-DOCKYARD

Dan l-ahhar kont qed norganizza ir-ritratti digitali li hadt fl-ahhar zjara tieghi f'Malta bejn Settembru u Dicembru tas sena 2003. Ghalkemm dan l-ezercizzju johodli numru ta sieghat, it-teknologija tal-lum tippermettili li niktibhom fuq CD's biex narahom, u nurihom fuq il-computer ghal kummdidta tieghi. Imma hemm dejjem il-problema tal-hin li wiehed jista jalloka ghal dan ix-xoghol. Inqerr li meta nigi biex naghmel dan, ghal kull siegha uzata effitivament, nahli ohra fin-nostolgia u riflessjoni.

Wara numru ta dicenji nieqes minn Malta, li kont hallejt meta kont teenager, dawn ir-ritratti m'humix biss xbieghat u imagni, imma jirrapprezentaw minn jien u minn fejn gejt. Bdejt nikkopja dawk ir-ritratti li imlewni bin-nostalgia, bhal dawk tax-xatt tal-Kalkara fejn kbirt u qattejt tfuliti. Il-bajja ta Rinella, l-isptar ta Bighi, il-Kappucini, l-panorama tal-Kalkara, mehuda minn fuq is-sur tal-Birgu u ohra mill-Belt Valletta. Kull veduta , memorja. Kull gallerija jew bieb, assocjazzjoni ma persuna/persuni ta tfuliti.

Fil-process ghaddejt veduti ohra aktar moderni bhal Bajja ta San Gijlan u l-inhawi turistici lejn tas-Sliema, Id-Dragunara u l-fuq izjed lejn il-Hilton.
Ghaddejt veduti tal-kampanja bhal Girgenti, Is-Siggiewi, il-Mellieha etc. Gbidt is-sbuhija tat-triqat tal-belt Valletta, u l-veduti mill-Barrakka ta fuq u l-fortizzi, San Mikiel, Sant Anglu, Sant Elmo u Ricasoli. Naturalment hadd ruxxmata ritratti tat-tlett ibliet, Il-Birgu, Bormla u l-Isla u l-inhawi fejn trabbejt, kbirt u mort l-iskola. Imma ir-ritratti tal-Cottonera ghalija ghandhom tifsira aktar fonda mit-turizmu jew is-sbuhija tal-pajsagg.

U hawn jibda it-tehwdin u ir-riflessjoni. Infatti l-aktar ritratti li jolqtuni huma tal-inhawi tad-Dockyard, sew jekk mehuda minn fejn San Gawnn ta'Uxa, jew minn fuq iz-zuntier tal-Knisja parrokkjali ta Bormla, fejn tidher veduta cara tal- workshops, u l-bacir fejn kien jahdem missieri u l-maggoranza taz-zijiet tieghi, sew minn nahha ta missieri u anka t'ommi. Infatti iz-ziju Wenzu, li kien jigi hu missieri, tela l-Awstralja fin-1949 u mar jahdem fis-Snowy Mountain Scheme, waqt li hut ommi telghu l-Awstralja fin1955.
Niftakarna nharsu minn fuq il-bejt tad-dar fejn konna noqodu f'Rinella Street, fil-Kalkara, fejn kellna veduta cara tal-port. Il-vapur isaffar waqt li kien hiereg mill-port tibqa vizzjoni mahruqa f'mohhi sal-lum. Minn kellu jghidli li ftit snin ohra jien kelli nihu l-istess pass.

Dawk li kibru fi zmieni fil-Cottonera jafu l-importanza ta Dockyards, jew id-Dry Docks kif kienu jissejhu wara. Infatti ghal bosta haddiema dak iz-zmien, is-sensja mid-Dockyard hafna drabi kienet tfisser sentenza ghas safar. It-Tazna kienet tipprovdi l-ghejxin ghal maggoranza tal-familji tal-Cottonera u bosta nhawi ohra ta' Malta. Id-Dockyards kienu jidditerminaw il-kwalita ta hajja li kienu jipprovdulna missierijitna kemm fil-mantniment kif ukoll it-tip ta edukazzjoni li setghu jipprovdulna.
Niftakar meta kont nattendi il-kullegg ta'De La Salle fil-Cottonera, kmieni fis snin 60' xi hud mill-istudenti kienu inkwitati li jekk missierijthiom jitilfu l-impiek fid-Dockyards, kien ikollhom jabbandunaw l-istudji taghhom. Veru li kien hemm kazi fejn l-amministraturi tal-kullegg xorta zammew li-studenti, avolja ma kienux jifilhu jhallsu fil-hin, imma id-dinjeta tal-missier li jkollu johrog lil ibnu minn kullegg ghax ma kienx jiflah ihallas il-mizata kienet realta li konna nghixu dak iz-zmien.

Ma nafx kemm dawk fil-gvern jistux jifmu sewwa dawn il-problemi socjali tal-haddiem meta l-maggoranza gejjin minn klassijiet tan-nofs jew tas-sinjuri. Imma ir-realta tal-kommunita tal-Cottonera f'dak iz-zmien kienet simili bhal l-importanza tal-minjieri fi Newcastle fl-Ingilterra, ta' West Virginia fl-Amerika u ta Nofs in Nhar ta' Wales, fejn kommunitajjiet shah kienu u ghadhom jiddependu mix-xoghol fil-minjieri. Ghalkemm il-haddiema tad-Dockyards ma kienux jahdmu taht l-art, il-qaghda tat-tlett ibliet kienet tiddependi mis-sitwazzjoni tax-xoghol fil-baciri u l-workshops tat-Tarzna.

Fi tfulitna, Niftakar jien u hija nistennew lil missieri waral-bieb tad-Dockyard meta kien jihu l-paga. Wara li kien johrog kien johodna l-pjazza ta Bormla fejn kien ikun hemm suq kull nhar ta Gimgha, fejn kienu jimbighu jugarelli, ikel, ghasafar ta kull xorta u affarijiet bhal dawn. Imbghad wara li nispiccaw inharsu lejn l-affarijiet ghal bejh konna nimxu lejn id-dar, fejn nghaddu minn quddiem it-teatru Rialto, Il-gazin tal-banda, Pavia "taz-zeba", nghaddu minn quddiem il-hanut li kienu jghidulu "Taz-Ziemel" u konna nieqfu f'hanut fejn missieri kien jixtri zewg boroz qassatat. Niftakar hafna minn shabi jiltaqu ma missierijithom bhalna quddiem il-bieb il-kbir u kemm konna nsibuwa haga kurjuza li in-nies kienu johorgu minn bieb zghir li kien hemm fil-bieb il-kbir.

Il-hajja kienet semplici imma qatt ma ninsa is-sens ta-kburija u id-dinjeta fuq wicc il-haddiema hiergin mill-bieb tad-Dockyard specjalment b'uliedhom jistennewhom b'mohhom mistrih li ghandhom mezz biex jipprovdu ghal familja. Bhal hafna nies tal-Cottonera missieri kien iben it-tlett ibliet, infatti kien twieled il-Birgu, kien joqod il-Kalkara u kien jidhol ghax-xoghol f'Bormla. Bhalu kien hemm bosta imma l-aktar haga li kienet tolqotni kienet il-personalita u karratru tieghu bhala Malti. Kien iddedikat ghax-xoghol, ghal familja, kien ihobb irabbi l-ghasafar u hamiem. Kien bniedem li jara car u jitkellem dirett minghajr ma jibqa lura li jesprimi l-opinjoni tieghu. L-opinjoni pulitika tieghu kienet tiddependi fuq il-partit li ser jipprovdilu segurta fix-xoghol u futur ahjar ghal familja tieghu. Ma kienx bniedem li jemmen f'nahha jew ohra tajjeb u hazin.
Fl-istess hin ma kienx favur il-partiganizmu li kien u ghadu jezziti f'Malta sal-lum. Missieri miet meta kelli 23 sena u sfortunatament ma kontx matur bizejjed biex insir nafu u nifhem il-filosofiji tieghu aktar fil-font, madankollu il-principji li ghaddili fi tfuliti jibqu l-kredu u l-bibbja tieghi sal-lum.

Fil-mixja tieghi fil-kommunita Maltija f'Melbourne nara hafna bl-istess kwalitajjiet sbih fost l-anzjani taghna. Inhobb inkellimhom fuq hajjithom, fuq il-bidliet li ghaddew minnhom, fuq it-tbatijiet li baghtew sakemm azzettaw fl-Awstralja. Nammira il-fidi soda u r-rieda morali taghhom. Bosta minnhom hadmu xoghol iebes go factories fil karrieri twal taghhom qabel irtiraw. Nammira il-kuragg ta' certu Maltin li ghalkemm kienu illiterati ma qatghux qalbhom u rabbew il-familja u bnew djarhom u edukaw lil uliedhom avolja huma kienu u baqu nieqsin mill-iskola. Nammira il-harsa ta' Sodifazzjon f'ghajnehom meta jirrakontaw "Alla jhares nghidlek minn x'ix ghaddejt u kemm baghtejt sakemm kemm xtrajt id-dar u kabbart il-familja. Ghamilt sena wahdi sakemm lestejt post ghal familja u baghad ghal mara u t-tfal. Ghal bidu konna noqodu f'kamra wahda…."

Il-hajja fl-Awstralja ipprezentat lil Malti msiefer hafna sfidi u apportunitajjiet, mhux biss fl-isfera tal-kommunita Maltija imma dik Awstraljana u l-lilhin. Nemmen ukoll li kull dicenju gab mieghu il-bidlliet ghal ahjar u dawk li gew l-Awstralja kmieni fis snin 50 u 60', meta kien hawn anqas tolleranza ghal kommunitajjiet li ma kienux Anglosassoni sakemm l-affarijiet inbidlu f-nofs is snin 70'. Ghalkemm ahna l-Maltin konna xxurtjati li kellna aktar kmant tal-linwga 'Ngliza minn gruppi etnici ohra, il-maggoranza tal-Maltin li emigraw fi snin 50' kienu gejjin mil-klassi tal-Haddiema. Hafna minnhom siefru ghax ma kellhomx ghazla ohra, meta is-sitwazzjoni tax-xoghol kienet imwiera f'Art Twielidhom.
Kien hemm ohrajn li ghalkemm kienu jgahghuha f'Malta, kellhom jitilu biex jinghaqdu ma uliedhom u jergu jgaqwdu ic-cirku tal-familji li ghalina l-Maltin hija htiega ghal hajja hienja. Jew dawk li telghu biex itejjbu l-qaghda taghhom.

Il-bicca l-kbira tal-Maltin li emigraw kienu ezamplari u pozittivi ghalkemm kellhom problemi li kellhom jifaccjaw li mhux ovvji u aktar personali. Hafna Maltin emigrati jesprimu id-dispjacir taghhom li ma gawdewx lil ommijithom u missierijthom darba emigraw? U kemm ghandna nies fil-kommunita li tilfu lil genituri taghhom f'Malta minghajr cans li jarawhom ghal ahhar darba qabel hallew din id-dinja? Ghalina l-Maltin din hi haga gravi u serja hafna, li tibqa taffettwana ma tul hajjitna. L-ebda gvern ma jista jifhem u jsolvi dawn il-problemi personali, psikologici u socjali tal-Malti imsiefer, avolja l-emigrazzjoni kienet mezz kif il-gvernijiet ta qabel solvew il-problema tal qaghad f'Malta, ghax bniedem imsiefer ma jirregistrax ghax xoghol.

Imma l-lum il-gurnata nibza li l-kommunita tal Maltin fl-Awstralja saret stojka. Taccetta u rari tiddomanda l-status quo. Kulltant wiehed ma jistax jidditermina jekk hix attitudni pozittiva jew ta' apatija. Forsi ghalhekk il-kommunita ma gietx inkluza fic-celebrazzjonijiet ta dhul ta Malta fl-Ewropa, li minkejja il-bidliet li dan il-pass storiku ser igib fil-Gzejjer Maltin, hawnhekk ghaddiet qisu qatt ma kien xejn, hlief il wirja tal-fireworks li rajna fuq xi stazzjonijiet ta Televizzjoni, li lanqas m'huma Maltin.

Taqbel jew ma taqilx ma dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja il-konsegwenzi ser jaffettwaw lil Maltin kollha 'mxerrdin mad dinja b'xi mod jew iehor.
Imma fuq kollox nispera li kwalitajjiet tal-karratru Malti li niftakar fil-haddiema hiergin mil-bieb tad-Dockyard fi tfuliti, jibqa jifforma parti fundamentali mil-personalita u karratru Malti tal-generazzjonijiet Maltin tal-futur, minkejja it-tibdil inevitabbli li ser iggib maghha l-assoccjazzjoni ta Malta fl-Unjoni Ewropea.

….Jaqbel inkompli norganizza dawn ir-ritratti….

Manuel Casha
Casher13@hotmail.com