L-ahbar tal-mewt ta George Harrison mhux biss
kienet wahda ta swied il-qalb ghalija imma ghal darb'ohra fakkritni
fil-mortalita tieghi bhala bniedem. Ma niftakarx grupp poplari
iehor li kellu l-istess impatt fuq hajti wzminijieti daqs kemm
kellu il-grup
p "The Beatles".
Il-muzika taghhom ghanda dik il-qawwa, li tiffriska l-memorja
tal-individwu, biex jerga jghix mumenti li ghadda minnhom, sepliciment
bis-smih tal-vucijiet armonjuzi u il- melodija sentimentali taghhom.
Fis-sittieniejiet, Il-Beatles, kienu biddlu l-mod ta kif nahsbu,
kif niccajtaw u kif nilbsu, imma fuq kollox tawna ghanjiet li
issigillaw u assocjaw mumenti ma diski li kienu kurrenti f'certi
episodji f'hajjitna.
Naf sgur li hawn hafna Maltin bhali li hassew it-telfa kbira ta George Harrison, avolja ma kienx Malti, jew jghix f-Malta. Ahna Nazzjon b' influwenza qawwijja ta muzika Amerikana u Ingliza. Dawk li kienu zaghzagh meta Elvis sploda fix-xena tal-muzika popolari, qatt ma nsewh ma tul hajjithom. Ghadni naf numru ta nies li ghalkemm qorbu, jew ghalqu is-60 sena, baqu jhobbu il-muzika Rock'n'Roll u jqumu jisfnu minnghajr ma jridu ma l-ewwel battuti ta "Jailhouse Rock".
George Harrison kien wiehed minn dawk muzicisti
li dejjem ghix fid-dell ta zewg gganti fil-muzika rock, John Lennon
u Paul McCartney, b'hekk rari rebah l-gharfien li kien jisthoqqlu.
Imma fl-istess hin, dejjem taghni l-impressjoni, li ghalih dak
kien post kommdu u ghal qalbu.
Il-linji tal-kittarra ta George jiffurmaw parti kbira mil muzika
tal-Beatles, biex ahna is-semmiegha stajna ngawdu l-genju ta Lennon-McCartney.
Minn jista jinsa it-timbru tas-song "Hard Day's Night"
permezz ta dik il-korda distinta fil-ftuh, fuq il-kitarra Rickenbacher,
li kien juza f'dak iz-zmien?
Jew minn ma jiftakarx il-hlewwa tan-noti fuq il-kitarra akkustika
fis-song "And I love Her"? jew l-ilfieq tal-kitarra
fil-kanzunetta "While My Guitar Gently Weeps".
Nista nibqa sejjer, imma dawk tal-generazzjoni tieghi jistu jaghmlu
litanija shiha fuq il-kuntribuzzjoni tieghu fuq il-kitarra. Niftakar
zmien meta kont nistenna l-album gdid tal-Beatles johrog biex
nara x'solos ghamel George.
Ghal dawk li bhali qabdu t-triq tad-daqq ma gruppi popolari, George kien holoq modi godda fostna, bl-ghazla tal-kitarri li kien idoqq. Ghal ewwel darba sirt naf bil-kitarri Gretsch, Rickenbacher, Epiphone fost ohrajn. Sa dak iz-zmien kitarra "Fender" kienet issaltan suprema permezz ta Hank B. Marvin, il-kitarrist famuz tal-grupp "The Shadows".
Harrison kien wiehed li ma kiex ifittex id-dawl
jiddi u post fuq quddiem fuq il-palk. Imma 'mhabba l-fatt li kien
jifforma parti minn grupp ta poplarita tant fenominali, mhux dejjem
seta jistahba u jghodd ruhu bhala kitarrist biss, minnghajr ma
jissagrifa il-hajja privata tieghu. Din kienet haga li George
qatt m'accetta, u infatti baqa jirrezizti l-publicita ma tul hajtu
u l-karriera tieghu sa ma miet.
Barra li kien bniedem privat, kellu ragunijiet ohra li kien ihobb
il-privazija. Wara kollox kellu jgarrab it-telfa ta siehbu John
Lennon, li gie assasinat go New York. Infatti huwa stess sofra
attentat fuq hajtu ftit snin ilu.
Imma minkejja dan nemmen li George qatt ma kien ghal qalbu li
sab ruhu f'sitwazzjoni li minn hajja normali, fil-belt ta Liverpool,
gie mwaddab f'popolarita mondjali, fejn hajtu saret propjeta publika.
Meta fl-ahhar snin kien jigi jqatta xi zmien l-Awstralja instemu
xnijat li George kien jidher fil-publiku incognito. Infatti l-informalita
tal-Awstralja tant kienet toghogbu li kien xtara propjeta fejn
kien jqatta ftit xhur mis-sena, jghix hajja bi profil baxx bhala
membru tal-publiku.
Hemm bosta stejjer fuq George Harrison bhala persuna privata,
bhal meta kien jattendi il-Grand Prix, F'Albert Park, f'Melbourne,
liebes il-jeans u jistenna fil-queue mal-folla biex jaqta biljett
biex jidhol. Anki kien jidher kemm il-darba f'resturanti minnghajr
hadd ma jaghrfu.
Dejjem kelli ammirzzjoni ghal dawk li ghandhom
hila jilhqu l-ghanniejiet taghhom fil-kwiet u minnghajr kliem
fierah. George Harrison jibqa simbolu ghal dan it-tip ta nies.
Mhux facli biex naghmlu stima, tal-marka li Harrison halla fuqna.
Xejn anqas m'hu facli biex inkejlu il-kuntribuzzjoni tieghu lejn
il-Beatles.
Imma naf sgur, li meta jidwu in-noti tal-kitarra tieghu, f'kanzunetti
bhal "I feel Fine", "Eight Days a Week", jew
"Let It Be" il-bicca l-kbira mil-generazzjoni tieghi,
facilment jassoccjawhom ma
mumenti w memorji
specjali,
f'hajjithom.
***********