Fit-tmintax ta Awissu il-Klabb Ghannejja Maltin irrealizzaw il-holma li jkollhom il-bini taghhom meta fethu klabb gdid go Gooding street St Albans. Bosta kbarat attendew din ic-celebrazzjoni fosthom il-kunsillir Charlie Apap u is-sindku ta Brimbank Natalie Suleyman. Ghal aktar dettalji aqra id-diskors li ghamel ic-Chairman tal-Klabb, George Aquilina "Iz-Zghir" hawn taht:
"Merhba,
Nibda biex nilqakhom kollha go dan il-Klabb gdid, tal-Muzika Folkloristika Maltija, ghal din ic-celebrazzjoni tal-lum, fl-okkazzjoni tal-ftuh ta dan il- bini gdid.
Ghandi pjacir nilqa fostna mistiednin specjali:
· Il-president tal Maltese Community Council of Victoria,
is-sur Victor Borg.
· Lir-reverendu Dun Carm Borg.
· Lis-sur Terry Muscat, President tal- Assocjazzjoni
Kulturali Maltija ta Victoria.
· Lill Kunsillier ta Shire ta Brimbank , is-sur Charlie
Apap
· Lis-sur Nick Vassallo
· Il-Konslu Generali Ghal Malta go Victoria, is-sur Clemente
Zammit
· Il-membru parlamentari ta Victoria, l-honorevoli George
Siestz.
· U lilkhom kollha li tinsabu maghna il-lum.
Din kienet holma, u issa saret realta, li biha
ghadna nkunu kburin f'dak li huwa L-Folklore Malti.
Il-lum hija prova cara ta kemm ahna l-emigranti Maltin , nghozzu
l-kultura li gibna maghna mill-gzejjer Maltin u Ghawdxin.
Ahna hdimna ghal snin twal biex naghtu spinta il-quddiem il-muzika
Folkloriostika Maltija, ta' l-Ghana u l-Prejjem, u il-lum ilhaqna
l-ghan taghna bil-ftuh ta dan il-Klabb tal-Muzika Folklorista
Maltija.
Kull-ghannej u kitarrist ghandu biex ikun kburi
b'dak li l-lum qed noffrulu. Din kienet dejjem il-holma tieghi.
Ma tul l-ahhar snin, saret hidma kbira minn bosta nies, volontarjament
u mill-qalb, ta l-membri u l-hbieb taghna, li ghenuna biex naslu
ghal dan il-jum specjali tal-ftuh ta dan il-bini gdid.
Hemm bosta nies li jisthoqqilhom hajr imma il-limitazzjoni tal-hin
ma tippermettilix li nsemmi id-dettalji ta kull minn hen biex
din il-holma sehhet.
Qabel nghalaq, nirringrazzjakhom ghal attendenza taghkhom u lil
dawk kollha li hadmu bla heda biex kollox ikun lest fil-hin ghal
ftuh, il-lum is-Sibt, it tmintax ta Awissu 2001, li tibqa miktuba
fl-istorja bhala il-gurnata meta fetah centru iddedikat ghal Ghana
Malti.
Grazzi"
George Aquilina - Chairman KLABB GHANNEJJA MALTIN INCORPORATED.