

Hbieb tieghi d-dilettanti
Nixtieq nghid lil kulhadd.
Kelna habib; tas-sema hadu.
Fuqu xtaqt naghmel fatt
Dan kien maghruf mad-dinja
Fejn jinstabu l-Maltin.
Kien ghannej ta klassi kbira
Wiehed mill-imsemmijin.
Fl-annu elf u disgha mija
Is-sena erba u erbghin kienet.
Minn April dsatax kellna
Meta dan il-habib twieled.
Dan il-habib beda jitfarfar
Vera li kien tifel stuz.
Beda jghanni mal-kitarri
Vera li kien rispostuz.
Xerbatax-il sena kellu
Ma zijuh jghanni fxi hanut
Bl-ghana lil kulhadd kien ipaxxi
Hadd ma jkun iddispjacut.
Dal-habib kien jismu FREDU
Kunjomu ABELA kien
Laqmu kellu l-BAMBOCCU
Lilu jafuh kullimkien.
Kien akkwista fama kbira
Tajjeb kien jghanni mal-kbar.
Fuqu kulhadd, kelma wahda,
Xghannej ghandhom fHaz-Zabbar!
Fil-programmi u fis-serati
Ilsienu kien iholl.
Fuq xi video lilu tara
Fuq diski smajtuh ukoll.
Kemm ghanna ma ghannejja
Tigba ssemmi ismijiet.
L-ghana dejjem bic-cajt hadu
Ghax ma jbatix bil-hmerijiet.
Lil kulhadd xorta kien jistma
Jghanni biex jiehu pjacir.
Jiccajta ma dak u l-iehor
Qatt ma rieda ta kbir.
Anki gieli kien isiefer
Fejn il-Maltin emigraw.
Jaghmel serati ta l-ghana
U bih kienu jitpaxxaw.
L-ahhar li kien l-Awstralja
Kulhadd kien ferah bih.
Biex jerga jigi jarana
Kulhadd baqa jistaqsih.
FMalta kellu hanut ghal ghana
Nhar ta Hadd mimli bil-folla
L-emigranti li jhobbu l-ghana
Hemm kienu ifittxuh kollha.
Il-hanut tapposta bena
Biex lid-dilettant pjacir jatih
L-isem li taha xerqalu
BAMBOCC STATION kien semmih.
L-emigranti mill-Awstralja
Mill-Amerka u mill-Ingilterra
Ghand il-Bamboccu jmorru
Dilettanti warajh kemm gerra!
Il-Hadd fiilghodu xi disgha
Jibda d-daqq u l-ghana
Bambocc kemm kien jirsisti
Biex jara lil hbieb ferhana.
Imma xejn ma jibqa eternu
Kull bidu t-tmiem fih
Tal-Bambocc kien wasal hinu
Biex il-Bambin jibghat ghalih.
Fl-annu elfejn u tlieta
Disa ta Novembru kien ix-xahar
Nizzlu l-angli minn gos-sema
Ghal gos-sema maghhom mar.
Meta hallina l-Bamboccu
Kemm saru telefonati
Instemghet mad-dinja kollha
Illi l-Bamboccu kien miet.
Il-dilettant hass weggha fqalbu
Ghax hass l-ikbar dulur.
Imma xejn ma nistghu naghmlu
Min ha l-hajja jrid imur.
Jien nixtieq nitlob talba
Dilettant, daqqaq u ghannej
Ftalbna niftakru fil-Bamboccu
Biex jiehu hsiebu l-Mulej.
Hbieb, niftakru fil-Bamboccu
Biex li ghamel maghna npattuh
Meta l-quddies tmorru
Ghal ruhu qis li toffruh.
Minn hawn mar fejn hbiebu l-ohra
Fejn dawk li gawda fil-hajja
Il-Bambin il-bieb fetahlu
Dahlu fejn hbiebu l-ghannejja
Hemm wasal fejn il-hbieb tieghu
Min jaf kemm ferhu bih!
Tas-sema l-post lestilu
Fejn dejjem ikun mistrieh.
FRED, minn hemm itlob ghalina
Minn hawn ghalik nitolbu.
Fejnek xi darba tarana
Ghal dik it-triq qeghdin noqorbu.
Grazzi nghid lil hbieb kollha
Dawk illi fih jiftakru
L-izjed xtaqt nirringrazzja
Lil dawk li wasluh fuq qabru
Dan il-fatt kelli naghmel
Ghax bi kwieti ma noqghodx
Fqalbi dahal il-Bamboccu
Minn go fiha ma johrogx.
Ghamilt dak li qaltli qalbi
Ghax jien wiehed minn hbiebu.
Tas-sema nitolbok talba
Lil Bamboccu tiehu hsiebu.