Indumu kemm indumu nghixu f'art ohra, l-eruq
taghna bhala Maltin jibqu jigbduna lejn il-gzejjer ta art twielidna
u dak kollhu li jifforma il-psiku taghna bhala bniedmin. L-affarijiet
materjali ghandhom limitu kemm jistghu jissodifaw lill bniedem
imsiefer, minkejja li jkun kabbar eruq soda fil pajjiz fejn jghix
u lahaq l-ghanijiet tieghu fil hajja ta kulljum.
Meta 'mbghad il-bniedem ikollu interessi ohra kulturali li jigbduh
aktar lejn pajjizu biex jigbor informazzjoni fuq xi ricerka li
jkun qed jaghmel fuq suggett jew iehor li jghoddu bhala wirt missierijitu,
allura il-forzi tal-gibda ikun aktar qawwijin, tant li jsiru htiega.
B'dawn il-hsiebijiet kollha iduru f'mohhi sibt ruhu - tentativament
- naghmel "booking'" ghal Malta f'nofs is-sena l-ohra,
sakemm fid-9.12.96 sibtni fuq l-ajruplan ninqata minn Tullamarine
fi triqti lejn Malta.
Ftit kont naf kemm iz-zjara tieghi kellha tkun ta avventura mimlija
sorprizi, Cans li nerga nara il familjari tieghi; tigdid ta hbieberiji
antiki tat-tfulija; kuntatti godda fl-Universita ta Malta f-Tal
Qroqq; programmi fuq il-PBS, u naturalment cans li niltaqa ma
numru ta ghannejja li iltqajt maghhom hawnhekk, meta intervistajthom
fuq ir-Radjijiet Maltin, Radio 3ZZZ u Il-PBS Radio, u il-lum huma
hbieb personali tieghi.
L-Ghana f'Malta il-lum hemm minn dahhlu fis-sfera
gdida waqt li ohrajn ohrajn ghadhom jipprezentawh fl-aktar sura
tradizzjonali kif jiftakruh hafna minna.
France Baldacchino "Il-Budaj" huwa wiehed minn dawk
l-ghannejja li jghanni fuq ir-radju u t-telivizzjoni fuq akkompanjament
elektroniku ta Synthesiser drums u kitarri ta l-eletriku. B'dan
il-mod "Il-Budaj" qed jilhaq udjenzi godda, imma ta
minn jiftakar li France huwa wiehed mill-aktar ghanneja kapaci
fl-Ghana Spirtu Pront, u ghalkemm il-lum jinsab fi triqat godda,
"Il-Budaj" jibqa wiehed mill aktar ghanneja mfittxa
ghal Ghana tas-suggett u Spirtu Pront. Ghal format aktar tradizzjonali,
France jghanni ta spiss fuq id-daqq tat-team ta kitarristi ta
John Saliba, li hu l-prim kitarrist fuq is-CD li France Baldacchino
ghamel go Franza. Is-sensiela ta Ghana religjus li ghamel ghal
RTK Radio wriet in-naha spititwali tal-Budaj, li wara kollox mhix
haga gdida ghalih, meta tqis li kien l-ghannej pijunir tal-quddiesa
tal-Ghana Malti, meta ghal ewwel darba l-Ghana tkanta fil knejjes.
Mort nara lill Budaj id-dar tieghu f'Birkirkara fejn tkellimna
fuq bosta affarijiet u partatna hafna opinjonijiet u idejat. Meta
izzur lill France f'daru - fejn ghandu studju fejn ipitter, jittapja
il-poeziji tal-ghana li jkun ser jipprezenta, jiskultura u generalment
jirrilassa wara gurnata xoghol - ma ddumx ma tintebah li dan ir-ragel
huwa bniedem studjuz u ta doni specjali. Minkejja il-popolarita
tieghu ma gheluf ta Maltin f'Malta, fl-Awstralja, il-Canada u
l-Amerika, France Baldacchino qatt ma tilef dawk il-kwalitajjiet
u l-imhabba lejn il-pajsagg rurali Malti li dahhal fih rahal twielidi,
iz-Zejtun.
Hafna nies jiftakru lil France Baldacchino meta ghamel zmien joqod
Sydney bhala emigrant qabel irritorna lejn Malta.
Meta titkellem fuq l-Ghana Malti ma jistax
li diskorsok ma jaqax fuq iz-Zejtun. Bhal ma l-Muzika Country
Amerikana assoccjata ma Nashville Tenesse, bhal ma muzika Jazz
ma New Orleans, u l-Flamenco ma Andalusia, iz-Zejtun ghadu prova
hajja ta l-Ghana fl-atktar forma pura tieghu.![]()
Meta wasalt Malta mort dawra maz-Zejtun ma habieb Ramon Psaila,
Zejtuni li ghaddini mit-triqat ta dan ir-rahal mimli storja, li
ghadhu ma ntmiss mill modernizmu. Konna ghadna kif dhalna ir-rahal
meta intqajna mal-ghannejja mara , Golina "Ic-Calija"
. Ghal minn ma jafx wisq fuqa, Golina ghanda vuci mil-isbah u
tghanni kemm spirtu Pront u anki Fil-Gholi ,barra li tiftakar
ruxxmata Ghana tal-Banju li minnhom qaltilna bosta bil-kliem.
Domna nitkellmu maghha hafna fejn qaltilna stejjer tal-ghanneja
zwieten li il-lum m'ghadhomx maghna, li kienu mill-aktar leggendarji,
bhal Pawlu Seychell "L-Ghannej", Pawlu Degebriele "Il-Bies",
Mikiel Abela "il-Bambinu" u tant u tant kitarristi zwieten
li kienu akkumpanjawa fiz-zmien. Golina ghanda karriera twila
u izuruwa bosta studjuzi minn Malta u pajjizi ohra biex jintervistawa.
Hafna jiftakru dak il-programme sabih fuq it-televizzjoni Malti
meta ghanniet ma Mikiel Abela "Il-Bambinu" fir-razzett
tieghu.
Morna fejn il-mafkar tal-"Bambinu" fejn iz-Zwieten bnewlu
munument. Bil-kappel tax-xemx, kitarra f'idejh u tbissima familjari,
Mikiel Abela ihares mil-limiti taz-Zejtun minn fuq il-munument
fejn tisthajlu jghanni dawk il-poeziji sbih bhal "Fl-Ave
Maria", "L-Avukat Tal-Karrozzin" "Il-Holma".
Morna wkoll fejn il-mafkar ta Pawlu Degabriele "Il-Bies"
fejn hadd ritratt tieghu u anki ghaddejna mit-triq fejn kien joqod.
"Il-Bies' kellu vuci li ssahhar u kien ghannej tal "Ispirtu
Pront" u "Tal-Fatt" u kien isahhrek meta jghanni
"Fil Gholi".
Pawlu kien tilef id-dawl t' ghajnejgh kmieni f'hajtu u il-fatt
"Meta Ghamejt" jibqa mnizzel bhala wiehed mill-aktar
klassici fl-istorja tal-Ghana Malti.
Imma biex tghid li gawdejt ir-rahal taz-Zejtun trid izzur wiehed
mill-hwienet fejn isir l-Ghana.
Flimkiem mal-ghannej tal-pajjiz, Fredu Abela "Iz-Zejtuni"
u ibnu Charlie, mort il-Gianna Bar biex nihu ftit l-atmosfera.
Meta dhalna gewwa, l-Ghannejja kienu qed jghannu fil-Gholi. Dan
ix-xorta ta Ghana dejjem qed jonqos, imma l-ewwel ma smajt fil-hanut
kien dan l-Ghana. Hemm iltqajt ma hafna ghannejja, xi uhud kienu
jghixu l-Awstralja u issa regu lura f'Malta. Iltqajt ma bosta
nies ghal ewwel darba u sakemm gejna biex tlaqna hassejt li kont
ili nafhom is-snin. Meta ghajtu lill Fredu "Iz-Zejtuni"
biex jitla jghanni , barra li apprezzajt l-ghana, qadd nosserva
l-atmosfera tal-ghana Malti fil-hanut, kif kien isir fl-imghoddi.
Ghadda minn quddiem ghajja xoghol ghal palk li kont hazizt ftit
snin ilu "Il-Hanut ta Dwinu" li ikkonferma mnejn giet
l-insperazzjoni.
Il-Hanut kien imballat bin-nies u il-hoss taz-zwiemel u s-serkini
f'barra t-triq komplu jikkumplimentaw l-atmosfera. Fuq il-bar
kien hemm ritratt ta Zejtuni famus iehor li miet fil-bidu tas-sena
l-ohra. Grezzju Ellul "Cianca" jibqa fil-memorja taz-zwieten
bhala wiehed mil-kitarristi primi li hennew ir-rahal bid-don taghhom.
Barra li kien kitarrist prim Grezzju kien jghanni fil-Gholi ,liema
Ghana ghad jinsab fuq bosta cassettes u zigarelli
Fl-ewwel gimgha li kont Malta fittixt fil Gwida
biex nara meta jkun hemm l-Ghana fuq it-Television, u ma hrigtx
iddizappuntat ghax kienet ghaddejja sensiela fuq l-istazzjon Super
One Television jisima ILTQAJNA L-GHANNEJA. L-ewwel wiehed li rajt
kien hemm Fredu Abela "Iz-Zejtuni", George Degiorgio
"Tal-Fjuri", Fredu Abela "Il-Bamboccu" u Cikku
Degiorgio "Tal-Fjuri" li ghannew Spirtu Pront. Waqt
li il-programme kien ipprezentat minn Veronica Farrugia, il-koordinazzjoni
kient f-idejn l-Ghannej qormi Cikku Degiorgio "Tal-Fjuri".
Il-kontenut kien interssanti u juri bosta aspetti tal-Ghana. Rajt
Ghana tal-Fatt, makkjetti, poeziji u naturalment Ghana Spirtu
Pront. Din il-varjeta servit biex izomm it-telespetatur interessat
biex jara x'gejn minn gimgha ghal ohra.
Fredu "Il-Bambocc" ghamel zewg poeziji/makkjetti, wahda
"Is-Sittinijiet" li kienet tassew interessanti u remminixxenti
tas-snin sittin, li billi hija il-generazzjoni ta zminiejiti laqtitni
sewwa. L-ohra stiednet lis-semmiegh juza l-karrozzi tal-linja.
Kienu programmi tassew pjacevoli ghal dawk li jhobbu l-ghana u
nahseb anki dawk li m'humix. Is-sets u l-kuluri ghinu biex izidu
fl-effett.
Mort nara lill Bambocc fil club tal-Football tal-Fgura fejn jihu
hsieb il-bar. Barra li hadd pjacir li ergajna ltqajna - l-ahhar
darba kienet fl-Awstralja meta intervistajtu fuq ir-radju Malti
- hadd pjacir niddiskuti u naqsam opinjonijiet mieghu fuq id-direzzjoni
tal-Ghana fil prezent.. Fredu, li zijuh kien il-famus ghannej
Salvu Darmanin "Ir-Ragel", qala xi ritratti antiki ta
ghanneja leggendarji. Pero wiehed mill-isbah kien mehud xi tlettin
sena ilu , fil gnin tar"Ragel" go Saint Mary Street,
go Haz-Zabbar li qed nippublikawh hawn. Fredu "Il-Bambocc"
huwa wiehed mill-ghannejja primi ta Malta, imma barra minn hekk
jibqa imsemmi ghal dawk id-diski li kien hareg fis-snin sittin
u sebghin. Minn ma jiftakarx it"Taxi Mary", "Papa
Bambocc".
Fl-istess bar iltqajt ma numru ta nies li kienu l-Awstralja jew
ghandhom hbieb jew ghadnhom familjari jghixu hawn. Fosthom iltqajt
ma l-ghannej Joe Buzuttil "Il-Buzu" li zhar l-Awstralja
u ta pjacir lid-dilettanti lokali bl-ghana tieghu akatr minn darba.
Lill Joe konna tkellimna mieghu fuq l-SBS Radio u anki semmajnih
jghanni mal-"Bamboccu" fuq il-programm tal-Ghana.
George Mifsud Chirchop huwa akedemiku li qed
jaghmel xoghol siwi fil-gbir ta dak kollhu li ghandu x'jaqsam
mal-lingwa Maltija. Kien stiedinni biex naghti xi dettalji fuq
l-ghana fl-Awstralja, partikolarment f'Melbourne fejn hemm il-qalba
tal-Ghanneja u il-kitarristi tal-Awstralja, fuq is-sensila ta
programmi li qed jaghmel fuq il-PBS radio, li semmieghom "Bejn
Il-Prejjem u L-Kadenza" . Waqt li dawn il-programmi fuq l-istorja
tal-Ghana Malti ser jixxandru qrib April 1997, ghandhom jibqu
bhala dokument haj ghal futur, billi l-istorja qed tintqal mill
ghanneja u il-kitarristi stess li jistieden fuq dawn il-programmi.
Fuq il-programme dak in-nhar kien hemm id-daqqaq Indri Xerri u
l-ghannej Karmenu Debono "Il-Pikipak".
Debono huwa ghannej ta don sabih u meta mort narah id-dar tieghu
ghamiltlu intervista bl'Ghana, fejn staqsejtu l-mistoqsijiet waqt
li akkumpanjajtu bil-kitarra u hu irrispondini Spirtu Pront bl-ghana.
Din hija haga tassew difficli specjalment meta bdejt nistaqsih
mistoqsijiet ezatt kif jispicca l-ghanja tieghu.
Fi programmi ohra George Mifsud Chirchop stieden
lill Indri Brincat "Il-Pupa", Zaren Debono "Ta
Minka" u Karmu Bugeja "Ta Manann" biex barra milli
jipprezentaw id-daqq tal-Prejjem jitkellmu wkoll fuq l-esperjenzi
taghhom fl-Ghana.
Il-Lum il-gurnata, f'Malta ,il-programmi tal-Ghana jinstemu fuq
numru ta stazzjonijiet tar-Radju bhal RTK , Is-Super One u Il-PBS
waqt li il-University Radio kien ghamel sensiela specjali fuq
is-suggett ukoll.
Fl-Universita f'Tal-Qroqq, fejn u mhix l-ewwel darba li pprezentaw il-muzika tradizzjonali "live" fil- "common room", issa bdew jingabru dettalji aktar estensivi fuq l-Ghanneja u id-daqqaqa ghal dawk l-istudenti li jistudjaw dan is-suggett. Il-lum fil-librerija tista ssib numru ta cassetes, Videos u artikli li nkitbu fuq is-suggett. Veru li ghadu biss bidu, imma sar aktar xoghol fl-ahhar hames snin milli sar fl-ahhar hamsin sena. Anita Ragonesi qed taghmel bicca xoghol sabiha fil-gabra ta dawn l-affarijiet u hija responsabbli biex tqassam kollox f'katalogu fejn jistghu jigu offruti lil istudenti tal-Folklore Malti.
Il-
Btala kella bosta mumenti specjali ghalija imma ftit
jilhqu dak tal-10 ta Jannar, meta ma Ramon Psaila, mort nara lill
Indri Brincat "Il-Pupa" id-dar tieghu. Ktibt fid-dettal
fit-"Torca" ta 2 ta Frar 1997. Hawn ma nidholx f'dettalji
hlief li nghid li Indri "Il-Pupa" kien u ghadu wiehed
mill-aktar kitarristi signifikanti, li influwenzaw il-prejjem
Maltin fis-seklu ghoxrin. Barra li ghamiltlu intervista, u hadd
bosta informazzjoni siwja minn ghandu, kelli ix-xorti wkoll li
nakkumpanjah fuq il-kitarra. Wara bosta snin tammira bniedem ikun
mument tassew specjali meta tirrealizza il-holma tieghek li xi
darba 'ddoqq mieghu.
Ghalkemm jien irriferejt ghal hila ta Indri bhala kitarrist prim,
ma nistax ma nsemmix is-sena tieghu bhala haddiem tal-kitarri
ta l-Ghana. Il-kitarri tieghu imfittxa mid-dilettanti ma dwar
id-dinja u l-hoss taghhom huwa uniku partikorment meta jindaqu
f'sett.
Fil mixja tieghi fl-irhula inqajt ma kitarrist iehor li jaghmel
kitarri li huma aktar ghaddatati ghad daqq klassiku.
Krispin ghandu "workshop" fil misrah tal-pjazza tar-rahal
fejn jahdem. Urini il-kitarri li ghamel u bil-pacenzja spjegali
kif jahdimhomm, urini il-forom li juza biex jaghtihom is-sura
u xi metodi li juza biex jghawweg l-injam. Qalli kif gew xi nies
barranin biex jaraw ix-xoghol tieghu u anki intervisawh fuq it-Television.
Ilhajt gejt lura l-Awstralja qabel ma ndunajt li ma kontx staqsejtu
kunjomu, imma x'akatrx li kullhadd isejjahlu Krispin. Fuq kollox
darba qbadna nitkellmu fuq il-kitarri malajr ifokkajna fuq haga
wahda kull hsieb iehor kien sekondarju.
Krispin AttardMa tul iz-zjara f'Malta sirt naf lill Godwin
Difesa, ir-direttur tal KTA records, li qed jaghmlu xoghol dinamiku
fix-xena tal-muzika Maltija permezz tal-hrug ta CD's bil-Malti
tal-artisti Maltin. Haga li kien hawn bzonn kbir u li qed taqdi
il-muzika maltija fl-ahjar mezz, dak tar-rekording. Naghmlu x'naghmlu
fix-xena muzikali ikun nieqes millvalur jekk ma jistax jinzam
ghal posterita.
Fl-ahhar ftit snin il-KTA hargu fuq mitt CD bil-Malti u ghadhom
jigbru u jirrekordjaw materjal kontinwament ghal futur.
Tnejn mis-CD's li irrekordjat din id-ditta kienu ta John Laus,
"FEJN TARAWNI TKELLMUNIX" u "OBROX U IRBAH"
.
Mill-esperjenza tieghi fuq ix-xandir nista nghid li huwa l-aktar
artist popolari fil-programmi tar-requests fl-Awstralja. Id-diski
tal-Laus ghandhom certu appell ghal poplu li jaghmluhom l-akatr
imfittxija. Wara bosta snin indoqq id-diski tieghu fuq ir-radju
Malti fl-Awstralja kelli il-pjacir li ltqajt mieghu il-KTA PRODUCTIONS
fejn kellu appuntament ma Godwin Difesa.![]()
John spjegali kif johloq il-kanzunetti u kif il-bicca l-kbira
jimmemorizzahom. Wara li tkellimna ghal ftit hin taghni CD tieghu
"OBROX U IRBAH" li iffermali dak il-hin.
Ta minn ifahhar lill KTA Records li bdew din il-hidma bzonjuza.
Milli jidher l-artisti Maltin ingabru warajhom ghax meta kont
hemm iltqajt ma bosta artisti Maltin, fosthom wiehed li m'ghandux
x'jaqsam ma l-Ghana Malti imma li dejjem ammirajt fil qasam popolari.
Dan kien hadd hlief Freddie Portelli li nafuh mal-Malta Bums,
Freddie and The Black Train u Freddie Portelli, Solo artist. F'zewg
concerts li ghamel meta kont hemm, mela is-sala Dar Il-Mediterran,
darbejn wara xulxin. Il-popolarita tieghu m'ghandix eta. Is-CD
tieghu "Ghal Dejjem" jibqa wiehed mill-akatar CD's mixtrija
fl-istorja tal-muzika Maltija.
Meta nhares lura lejn liema kienu il-mumenti
akatr memorabbli insib li mhux possibli biex insemmi kollox ghax
l-ispazju limitat. Hawn qsamt mal-qarrej xi ftit minnhom flimkien
ma xi ritratti li haddt ma tul iz-zjara.
Il vista kienet wahda imghaggla wisq din id-darba u l-affarijiet
ta ricerka ma hallewlix hin bizzejjed biex ingawdi l-ghana aktar.
Dan minni naqas, ghax l-istiedin mill l-ghanneja kien numeruz.
Imma nispera li darb'ohra jkolli aktar zmien biex ingawdi dan
id-delizzju tant sabih taghna l-Maltin.