Frans Baldacchino "Il-Budaj"

FREDU ABELA -L-GHANNEJ

Li wiehed il-gid iwettaq
ikun jinseg l-isbah grajja
bosta kienu li l-gid wettqu
gabu bosta sliem fil-hajja

Jekk poplu jinsa l-min habbu
u li jkun ferrhu b'xi don
jiena nghidlu poplu gifa
u ma jissahajx nazzjon

Ghax jekk tinsa lil min jghaqqad
u lil min jifrex l-imhabba
tkun tarmi l-valuri tieghek
u l-poplu bl-irmixk jitghabba

Fredu Abela il-Bamboccu
f'hajtu wkoll ghamel il-gid
dak l-ghana li kien izewwaq
bhall imghasar ta' l-imbid

li tixrob kemm tixrob minnu
ihallik dejjem bl-aptit,
it-tleblib ghal Ghana tieghu
fis-semmiegha kien izid

Kellu satira qawwija
fuq il-fomm tqanqal tbissima,
u min igieghlek tithenna
haqqu wkoll rispett u qima

Kif nistghu ninsew lil Fredu
daqs kemm ferh firex bil-ghana
qatt ma hallasnieh tal-gojja
illi nissel fil-qlub taghna

L-ors tieghu kien illi jferrah
u f'qalbna l-ferh igibilna,
isserrahna bli kien jghanni
u qalbna qatt ma taqqlilna

Fl-ucuh tas-semmiegha jharsu
it-tbissim u l-ferh iffigu,
u bid-dahk li kien idahkek
kien jaqtek minn fuq is-siggu

Mhux facli tqanqal tbissima
meta l-hajja saret tqila
imma Fredu kellu s-seher
kellu d-don u kellu l-hila

Kien konvint minn dak li jwettaq
u kien jaf li hu maghgub
u minn jista jghid hawn fostna
li Fredu ma kienx mahbub

X'hawn isbah mill-kuntentizza?
X'hawn ikrah mid-disprament?
il-Bambocc ghalhekk kien twieled
biex jaghmel lil huh kuntent

Dawk in-nies li jferrhu l-kotra
dawk illi jgiegheluk tithenna,
ikunu wettqu missjoni
illi trebbahom il-genna

Bid difetti kollha tieghu
li minnhom ikollna lkoll,
tahsbux li l-Bambocc il-Genna
ma dahalx jew sab xi skoll

Il-Bambocc kien ghannej bravu
kullhadd jaf kemm kien ghannej
naccertakhom illi b'cajtu
jaf idahhak lil Mulej

U b'dal bust qed jigi mfakkar
fejn jista jarrah kullhadd,
biex ma' martu, wliedu w'hutu
ahna lkoll ma ninsewh qatt

********

Kitba ta Frans Baldacchino "il-Budaj" b'tislima lil siehbu l-ghannej Fredu Abela "il-Bambocc"

Fredu Abela "Il-Bambocc"

Miet fid-9 ta' Novembru 2003 fl-ghomor ta' 59 sena

(Ritratt ta Frans Baldacchino propjeta ta Charlie Mangion "Iz-Zubina")