IMRAH F’GHAJNEJJA .

Lejn dawn l-ghajnejn, hares sewwa

taghhom ifli l-Espresjoni,

u ara xtifsira fihom

imrah fihom Salvazjoni.

 

Hares harsa, sewwa lejhom

w'ara x'harsa qed jaghtik,

harstu hija ,kliem wehida

li holoq minnhabba fik.

 

Din harstu fwejjah tal-gilju

ma'kull nifs , taf tpaxxi l-qlub,

il-hars kollu Espresjoni

jaf Qalb, xierfa jgalha d'dub.

 

Sentiment l-aktar Qalbieni

din harstu qed timrah lejk,

qedha tkelmek, qed tifhima?

il-hbub t'ghajnejh, f'"hbub ghajnejk

* (Charlie Mangion 'Iz-Zubina")

 

Fost dawk l-organi tal-Gisem

Hemm l-Imnieher u l-Widnejn,

imma l-aqwa fost il-bqijja

huma l-Hbub ta’ nofs l-Ghajnejn.

 

Par’ Ghajnejn qed jirriflettu

Fuq il-Bnazzi fuq l-Imboll,

Mil l-Ghajnejn, jidholl il-hazen

Mil l-Ghajnejn, is-sewwa w’koll.

 

l-Ghajnejn imlahmin tal-Gisem

jaraw hwejjeg, materjali,

hemm Ghajnejn, tar-Ruh gewwiena

jaraw hwejjeg Spiritwali.

 

l-Ghajnejn zoroq, l-Ghajnejn suwed

lill wicna kemm is-sebhuh,

kemm jekk nibku, kemm jekk nidhku

mil l-Ghajnejn, jixref id-dmuh.

** (Frans Baldacchino "Il-Budaj")

 

l-Ghajnejn huma l’propja xhieda

illi jimirhu fil-bghod,

huma jikxfu l’habi kollu

jekk int’x dajjef, jekk int’x sod.

 

Rajt harsa, b’rifless go harstu

Hafna hafna , nfluwenzatni,

harsa li ghandha tifsiera

tal-hsieb minn, mohhi zarmatni.

 

Pikkanti harsa genwina

Osservata, fiha x’tara,

pjuttost harsa, li qed tkelmek

fejn ma’ fiha l’ebda x’rara.

 

Harsa tofroq l-Orizzonti

Sabiex l’henn, ta’ l-hemm is-sellem,

hi harsa bil-kliem bla’hsejjes

bhal kull f’omm illi jitkellem.

* (Charlie Mangion 'Iz-Zubina")

 

Dawk l’Ghajnejn, dejjem izebgu

Kultant, ikunu mqarbin,

biex jibqaw safjijn, f’hoforthom

jinhtieg li jigu m’raznin.

 

Skont kif tuza l-Ghajnejn tieghek

M’Alla tiehu dak li haqqek

Fl-ikel huma jieklu l-ewwel

U bihom, taqalek zaqqek.

 

l-Ghajnejn ihegguk ghas-sewwa

imma w’koll, sabiex tizgarra,

hekk huma ta’ tentazzjoni

u l-ahjar taqlahhom barra.

 

Rifless tal-qalb, l-Ghajnejn huma

Jekk hemm’x ferh , jew jekk hemm’x dwejjaq,

l-Ghajnejn ghandhom qawwa kbira

bihom toqtol, bihom tfejjaq.

** (Frans Baldacchino "Il-Budaj")

 

 

Tar-Ruh, w’il Gisem Salvazjoni

illi jbeduk, minn kull Gwaj,

Par’ Ghajnejn li qed jitkelmu

Ta’Frans Baldacchino l-Budaj.

* (Charlie Mangion "Iz-Zubina")

 

 

TMIEM.

 

2 Awissu 2004

 

**************

 

 

Kitba ta' Charlie Mangion "Iz-Zubina" * (fuq ix-xellug) u Frans Baldacchino "il-Budaj" (lemin)**

 

Ritratti proprjeta ta' Charlie Mangion "Iz-Zubina"