FREDU ABELA "IL-BAMBOCC".

STILLA TAL-GHANA F'HAJTU...LEGGENDA AKBAR F'MEWTU.

 

Il-folla li ngabret fil-knisja tal-parrocca ta Haz-Zabbar, biex taghti l-ahhar tislima lil-ghannej Zabbari Fredu Abela "Il-Bamboccu" kienet xhieda tal-qima kbira li kien mizmum biha dan l-ghannej, iben Haz-Zabbar u personalita kbira Maltija. Jekk tistaqsi lil ghannejja jew id-dilettanti ta'l-ghana ma dwar id-dinja, jghidulek kif Fredu kien minn tal-quccatta nett fl-Ghana Spirtu Pront. Barra minn hekk Il-Bambocc kien maghruf u mfittex ghal makkjetti u l-kanzunetti umoristici li kiteb, fosthom "Taxi Mary" li anki kienet dahlet fil-klassifika ta partijiet mil-Itlaja ghal xi zmien.

Il-lista ta diski u CD's li hareg fil-karriera tieghu huma numeruzi hafna u kien mfittxa mhux biss ghal-umerizmu taghhom imma ghal kummenti socjali li bihom Fredu kellu l-hila jgielna nharsu lejn in-nbuqqasijiet taghna bhala Maltin b'mod gentili u intelligenti. Wahda minn dawn kienet ghanja li kien ghamel fuql-uzu tal-ingwa Maltija u kif hafna itebbugha bl-Inglizati jew nuqqasijiet li bhala Maltin ghandna mhux biss nevitawhom imma ghandna nkunu kburin bil-lingwa ghax hija parti mil-identita taghna bhala poplu.
Kien jinstema fuq il-mezzi tax-xandir ta spiss u jidher fuq it-television, jew ma shabu l-ghannejja, jew wahdu ikanta xi makkejetta. Il-kappel stil "western"dan l-ahhar kien sar karrateristiku tal-personalita tieghu.

Fredu ma kienx mahbub biss bhala ghannej imma kien infittex bhala bniedem ferrihi u poplari ma dawk li kienu jafuh mil-qrib. Kellu hbieb f'kull parti tad-dinja fejn jghixu l-Maltin. Infatti "Il-Bambocc" tela jghanni bosta drabi fil-Canada, fl-Awstralja, fl-Amerika u fl-Ingilterra. Id-dieqa li qed inhossu hawn Malta tinqasam ma hbiebu u d-dilettanti tal-Awstralja fejn kien tant mahbub u poplari mal-ghannejja u semmiegha u fejn kien jimla is-swali tal-ghana kull fejn kien jghanni. Id-diski tieghu fl-Awstralja ghadhom jindaqqu ta spiss fuq il-programmi Maltin u jibqu mil-aktar poplari imhabba n-natura ferrieha taghhom u il-mod kif Fredu kien juza l-pinna fil-kitba ta dawn il-makkjetti. Kellu wkoll mod kif jimxi tajjeb ma kullhadd u din ziedet mal-poplarita tieghu u n-numru kbir t'ammiraturi li qatt ma kienu jigbu jisimugh jghanni.

Barra li Fredu Abela kien ghannej kbir kien ukoll kburi bl-Ghana Malti u l-istorja taghha ma tul iz-zmien. Kellu rispett kbir lejn l-ghannejja anzjani u l-l-ghannejja kbar li kienu leggendarji fl-imghoddi. F'mohhu kienet teziziti libererija shiha ta ghanjiet li ghannejja kienu ghannew jew irrispondew lil-xulxin sa minn tfulitu. Kien jghammira lil Zijuh Salvu Darmanin, maghruf "Ir-Rugel"u kien dejjem jirrakonta kif "Ir-Rugel" inspirah u forsi anke introducih ghal Ghana Malti, ghalhekk kellu bidu tajjeb, ghax kull minn hu dilettant tal-Ghana jikkonferma li Darmanin kien mil-aktar ghannejja ta abilta li qatt dehru f il-gzejjer Maltin.
Imma Fredu kien jghammira lil-dawk l-ghannejja li trewwem maghhom fis snin 50, 60 u 70 li ghalkemm ma kienux litterati bhalu imma kellhom kmant sabih tal-lingwa Maltija, u kienu juzaw peraguni, proverbji u esperessjonijiet fl-ghana li dejjem kienu jsahhruh u ghax kif kien jghid fi kliemhom kien jara is-sbuhija u l-purizza tal-lingwa Maltija kif kienet tintuza fl-imghoddi.

Fredu kien ukoll organizzatur u kellu bosta klabbs u hwienet fejnn kien jorganizza serati. imma nemmen li il-hanut li kellu geewa Wied Il-Ghajn li kien semmieh "Bamboccu Station" jibqa wiehed mil-ahjar li kien hawn f'Malta u fih saru sieghat ta ghana li jibqu 'kkonsidrati bhala sieghat specjali billi l-post kien jigbed l-ahjar ghannejja li kien hawn f'Malta dak iz-zmien. Naf b'nies akkademici li l-lum huma professuri li kitbu it-tezi taghhom fuq mejda f'"Bamboccu Station", bil-ghajnuna tal Fredu "L-Bambocc" u darba ghaddew u hadu l-lawrja, tawh kopja tat-tezi taghhom iffirmata b'nota ta ringrazzjament.

Il-Bambocc kellu wahda mil-akbar kollezzjonijiet tar-ritratti ta ghannejja u kitarristi li qatt rajt u kienet l-hena tieghu ipartat xi uhud minn dawn ma dawk ta l-Awstralja jew tal-Canada u postijien barranin fejn isir l-ghana. Il-gabra tiegu kellha importanza daqs kemm kellhom l-ghanjiet li kien immemorizza, ghax permezz taghhom - bosta minnhom kien antiki ferm - kien qed jghin izomm hajja l-memorji t' ucuh u postijiet li kienu parti integrali mil-istorjas tal-ghana Malti u li l-lum qed jintnesew mal-mixja maghggla tal-hajja moderna.

Fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Grazzja 'ltaqjt ma nies li kellhom assocjazzjoni mieghu minn bosta oqsma tal-hajja. Wiehed mill-hbieb tieghu, li kien mieghu ghal xi snin fin-Navy, irrakkontali kif Fredu kien iferrahhom bic-cajt u bl-ghana tieghu fi zmien meta l-ispirtu taghhom kien xi ftit l-isfel. Bosta ghannejja u kitarristi kienu jafuh bhala wiehed mil-ghannejja kbar, waqt li numru ta semmiegha kienu jistennewh jaghmel siegha ghana jiccajta biex ifferrahhom. Iltaqjt m'ohrajn li kienu jafuh minn oqsma ohra ta xoghol u negozju. Ghax waqt li Fredu kien maghruf mal-popolin, kien ukoll maghruf sewwa minn ministri u ex-ministri inkuluzi ex-prim ministri, li kienu joghduh bhala habib.

Fil-Knisja, Charles Coleiro ghamel erbgha kelmiet li rriflettaw id-dieqa tal-kongrigazzjoni ghat telfa ta Fredu "l-Bambocc" u tkellem ghal ghannejja u l-kitarristi kollha bil-hsiebijiet u riflessjonijiet tieghu. Charles hadem mil-qrib ghal bosta snin ma Fredu fuq il-programmi tat-television, u bir-ragun deher imozzjonat, ghalkemm ikontrollat bhala bniedem professjomali. Imma meta l-ghannejja ghannew l-ahhar kadenzi bhala l-ahhar tisliema , kemm uhud mil-ghannejja u bosta fl-udjenza xerrdu d-dmugh minghajr misthijja.

It-telfa ta Fredu Abela "Il-Bambocc" ghal fraternita tal-Ghana hija kbira, imma wiehed ma jridx jinsa l-ghali u dieqa li mewtu gabet fuq il-familja tieghu. Mhix haga possibbli biex wiehed jifhem il-kobor tat-telfa tieghu ghal martu w' uliedu imma il-folla li giet biex isllimlu ghal ahhar darba sgur li kkonfermat l-apprezzament u l-ghozza li Fredu Abela "Il-Bamboccu" kien mizmun biha fost il-Maltin delittanti tal-Ghana...ghax fost l-ghannejja "Il-Bambocc" kien stilla tal-Ghana Malti, u leggenda kbira f'mewtu.

***************

Manuel Casha - November 2003