Frans Baldacchino "il-Budaj"

LIL-FREDU ABELA

 

Wara z-zriegh jasal il-hsad,
hekk in-nizga tan-natura,
L-istaguni
Ibewgu wiehed wara l-iehor,
m'hemmx waqfien,
min hu gej u minn hu sejjer.

Il-fjura tiftah
tidandan u tfewwah,
u thares lejn ix-xemx
tilqa r-raggi taghha
Li jikwi il-hadid.
B'erba' petalli hfief
qishom tal-bellus
tisfida x-xemx,
u tibqa wieqfa
tistaporti l-qilla taghha.

Jigi zmien
li xemx theddilha
tghejjiha
twiddibha
li t-tmiem jasal
u l-fjura tnin
u wiccha jintlewa
fuq il-hamrija
sakemm tinfileg
Ilwienha jitfu
Joghsfor il-gmiel
tinxef
titqarqac
u tmut

Il-hlejjaq kontingenti
u ghandhom il-marka tat-tmiem
wiehed bies immutabli
il-ferriex tal-firmament
ghax Hu dak lim Hu.

Il-materja tmut u tghaddi
u titlaq minn mnejn giet
fil-kas tal-bniedem
fis-saltna ta' l-imwiet
u kull ma jibqa
il-memorji
li jsahhu l-fakkra
b'xi mafkar bhal dan
li twaqqaf hawn
ghal Fredu
Fredu Abela
Il-BAMBOCC.

****************************

Frans Baldacchino "Il-Budaj"